Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XX0307(01)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal- 5 ta’ Ġunju 2013 rigward abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-każ C.39226 (1) — Lundbeck — Relatur: ir-Repubblika Ċeka

ĠU C 80, 7.3.2015, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2013 rigward abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-każ C.39226 (1) — Lundbeck

Relatur: ir-Repubblika Ċeka

(2015/C 80/04)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-partijiet rispettivi kkonkludew ftehimiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUW u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE bil-għan li tiġi limitata l-kompetizzjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-ftehimiet li ġejjin u l-estensjonijiet għall-ftehimiet, kienu jikkostitwixxu ksur uniku u kontinwu għall-perjodu ta’ żmien relevanti:

Il-ftehimiet ta’ Merck ma’ Lundbeck,

Il-ftehimiet ta’ Arrow ma’ Lundbeck,

Il-ftehim ta’ Alpharma ma’ Lundbeck, u

Il-ftehim ta’ Ranbaxy ma’ Lundbeck.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fejn tikkonkludi li l-ftehimiet bejn l-indirizzati kienu kapaċi jkollhom effett konsiderevoli fuq il-kummerċ bejn Stati Membri tal-UE u bejn Partijiet Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) TFUE ma ġewx issodisfati.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea għar-rigward tal-indirizzati kollha tad-Deċżjoni, b’mod speċifiku fejn tidħol ir-responsabilita tal-ġenitur.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni għar-rigward tal-perjodu li fih dam sejjer il-ksur.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top