Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0639

Kawża C-639/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat- 18 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/112/KE — VAT — Rata mnaqqsa — Artikoli initiżi biex jipprovdu protezzjoni min-nirien)

ĠU C 65, 23.2.2015, pp. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-639/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/112/KE - VAT - Rata mnaqqsa - Artikoli initiżi biex jipprovdu protezzjoni min-nirien))

(2015/C 065/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u M. Owsiany-Hornung, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi applikat rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżud għall-kunsinni ta’ beni intiżi biex jipprovdu protezzjoni min-nirien, elenkati fl-Anness Nru 3 tal-liġi tal-11 ta’ Marzu 2004, dwar it-taxxa fuq il-beni u s-servizzi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 sa 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Anness III ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 15.02.2014


Top