Vyberte si experimentálne prvky, ktoré chcete vyskúšať

Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex

Dokument 62013CA0087

Kawża C-87/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs X (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq id-dħul — Persuna taxxabbli mhux residenti — Possibbiltà ta’ tnaqqis ta’ spejjeż marbuta ma’ monument storiku okkupat mill-proprjetarju tiegħu — Possibbiltà ta’ tnaqqis eskluża fir-rigward ta’ monument għas-sempliċi raġuni li l-monument ma huwiex ikklassifikat fl-Istat ta’ impożizzjoni filwaqt li huwa kklassifikat fl-Istat ta’ residenza)

ĠU C 65, 23.2.2015, s. 3 – 3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs X

(Kawża C-87/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq id-dħul - Persuna taxxabbli mhux residenti - Possibbiltà ta’ tnaqqis ta’ spejjeż marbuta ma’ monument storiku okkupat mill-proprjetarju tiegħu - Possibbiltà ta’ tnaqqis eskluża fir-rigward ta’ monument għas-sempliċi raġuni li l-monument ma huwiex ikklassifikat fl-Istat ta’ impożizzjoni filwaqt li huwa kklassifikat fl-Istat ta’ residenza))

(2015/C 065/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenut: X

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva, billi tinvoka l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali u storiku nazzjonali, il-possibbiltà li jintaqqsu l-ispejjeż relatati mal-monumenti kklassifikati għall-proprjetarji ta’ monumenti li jinsabu fit-territorju tiegħu biss, sakemm din il-possibbiltà tkun miftuħa għall-proprjetarji ta’ monumenti li jistgħu jkunu marbuta mal-patrimonju kulturali u storiku ta’ dan l-Istat Membru minkejja l-fatt li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 141, 18.05.2013.


Začiatok