Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FA0107

    Kawża F-107/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 15 ta’ Ottubru 2014 – de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Uffiċjal irtirat — Proċedura dixxiplinari — Sanzjoni dixxiplinari — Żamma mill-pensjoni — Smigħ tax-xhud kontrih mill-Bord Dixxiplinari — Assenza ta’ smigħ tal-uffiċjal ikkonċernat — Nuqqas ta’ rispett tad-dritt għal smigħ)

    ĠU C 421, 24.11.2014, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 421/52


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014 – de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-107/13) (1)

    ((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Uffiċjal irtirat - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Żamma mill-pensjoni - Smigħ tax-xhud kontrih mill-Bord Dixxiplinari - Assenza ta’ smigħ tal-uffiċjal ikkonċernat - Nuqqas ta’ rispett tad-dritt għal smigħ))

    2014/C 421/73

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: José Antonio de Brito Sequeira Carvalho (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: É. Boigelot u R. Murru, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni dixxiplinari lir-rikorrent skont l-Artikolu 9(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u t-talbiet għall-kumpens għal danni morali allegatament subiti u t-talba ta’ rimbors tas-somom diġà miżmuma.

    Dispożittiv tas-sentenza

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ Marzu 2013 li timponi fuq J.A. de Brito Sequeira Carvalho, bħala miżura dixxiplinari, żamma ta’ terz tal-ammont mensili nett tal-pensjoni tiegħu għal sentejn hija annullata.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ J.A. de Brito Sequeira Carvalho.


    (1)  ĠU C 24, 25.01.2014, p. 41.


    Top