Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0009

    Kawża T-9/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Ġunju 2014 – Mogyi vs UASI (Just crunch it...) ( “Trade mark Komunitarja — Revoka tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 315, 15.9.2014, p. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 315/63


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2014 – Mogyi vs UASI (Just crunch it...)

    (Kawża T-9/14) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Revoka tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    2014/C 315/106

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Partijiet

    Rikorrenti: Mogyi Kft (Csávoly, l-Ungerija) (rappreżentant: Zs. J. Klauber, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Sipos u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1922/2012-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Just crunch it... bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    2)

    Il-konvenut huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess u dawk sostnuti mir-rikorrenti.


    (1)  ĠU C 71, 08.03.2014.


    Top