Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0234

    Kawża T-234/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Lulju 2014 – Lucart France vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Ambjent — Direttiva 94/62/KE — Imballaġġ u skart mill-imballaġġ — Direttiva 2013/2/UE — Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 315, 15.9.2014, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 315/55


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2014 – Lucart France vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-234/13) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 94/62/KE - Imballaġġ u skart mill-imballaġġ - Direttiva 2013/2/UE - Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))

    2014/C 315/92

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lucart France (Torvilliers, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u J.-F. Brakeland, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal annullament parzjali tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 37, p. 10), sa fejn il-Kummissjoni inkludiet ir-rollijiet, it-tubi u ċ-ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli, bl-eċċezzjoni ta’ dawk maħsuba li jifformaw parti minn tagħmir tal-produzzjoni u li ma humiex użati sabiex jippreżentaw prodott bħala unità ta’ bejgħ, fuq il-lista ta’ eżempji ta’ prodotti li juru l-applikazzjoni tal-kriterji li jippreċiżaw il-kunċett ta’ “imballaġġ”.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Lucart France hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


    Top