Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0414

Kawża C-414/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat- 8 ta’ Mejju 2014 – Bolloré vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karta saħħara — Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha — Parteċipazzjoni diretta tal-kumpannija parent fil-ksur — Ugwaljanza fit-trattament — Tul tal-proċedura amministrattiva u ġudizzjarja — Terminu raġonevoli — Drittijiet tad-difiża)

ĠU C 202, 30.6.2014, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – Bolloré vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-414/12 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karta saħħara - Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha - Parteċipazzjoni diretta tal-kumpannija parent fil-ksur - Ugwaljanza fit-trattament - Tul tal-proċedura amministrattiva u ġudizzjarja - Terminu raġonevoli - Drittijiet tad-difiża))

2014/C 202/04

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Bolloré (rappreżentanti: P. Gassenbach, C. Lemaire u O. de Juvigny, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u R. Sauer, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tas-27 ta’ Ġunju 2012, Bolloré vs Il-Kummissjoni (T-372/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għal annullament jew għal riforma tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4160 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/36212 – Karta saħħara) – Deċiżjoni adottata wara l-annullament tal-ewwel deċiżjoni – Imputazzjoni tal-ksur lill-kumpannija parent, ikkunsidrata fil-kwalità tagħha ta’ awtur dirett – Multa – Nulla poena sine lege – Ugwaljanza fit-trattament – Terminu raġonevoli – Drittijiet tad-difiża

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bolloré hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012


Top