EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0052

Kawża F-52/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas- 7 ta’ Novembru 2013 — Cortivo vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Koeffiċjent ta’ korrezzjoni — Stat Membru ta’ residenza — Kunċett — Residenza prinċipali — Residenza mqassma bejn żewġ Stati Membri — Dokumenti ta’ sostenn — Aspettattivi leġittimi)

ĠU C 71, 8.3.2014, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/32


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Cortivo vs Il-Parlament

(Kawża F-52/12) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Koeffiċjent ta’ korrezzjoni - Stat Membru ta’ residenza - Kunċett - Residenza prinċipali - Residenza mqassma bejn żewġ Stati Membri - Dokumenti ta’ sostenn - Aspettattivi leġittimi)

(2014/C 71/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Luisa Cortivo (Sagone, Franza) (rappreżentant: A Salerno, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-residenza prinċipali tar-rikorrenti fil-Lussemburgu u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li tinkludi l-avviż ta’ emenda tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti u li tneħħi l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għal Franza mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

M. L. Cortivo għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 200, 7.7.2012, p. 22.


Top