EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0020

Kawżi magħquda F-20/12 u F-43/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas- 16 ta’ Settembru 2013 — Wurster vs EIGE (Servizz pubbliku — Persunal tal-EIGE — Membru tal-persunal temporanju — Proċedura ta’ evalwazzjoni tal-kapaċitajiet maniġerjali tal-membri tal-persunal tal-EIGE li għadhom kif ġew assenjati f’pożizzjoni maniġerjali intermedjarja — Assenzjazzjoni mill-ġdid f’pożizzjoni mhux maniġerjali — Dritt għal smigħ — Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi — Konstatazzjoni ex officio — Sostituzzjoni tal-motivi li saret ex officio mill-qorti)

ĠU C 71, 8.3.2014, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/31


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Wurster vs EIGE

(Kawżi magħquda F-20/12 u F-43/12) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-EIGE - Membru tal-persunal temporanju - Proċedura ta’ evalwazzjoni tal-kapaċitajiet maniġerjali tal-membri tal-persunal tal-EIGE li għadhom kif ġew assenjati f’pożizzjoni maniġerjali intermedjarja - Assenzjazzjoni mill-ġdid f’pożizzjoni mhux maniġerjali - Dritt għal smigħ - Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi - Konstatazzjoni ex officio - Sostituzzjoni tal-motivi li saret ex officio mill-qorti)

(2014/C 71/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Barbara Wurster (Vilnjus, il-Litwanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Bontinck u S. Woog, avukati, sussegwentement T. Bontinck u S. Greco, avukati)

Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li jassenja mill-ġdid lir-rikorrenti mill-pożizzjoni ta’ kap tal-operazzjonijiet għal pożizzjoni ta’ kap ta’ tim li ma teħtieġx kompetenzi maniġerjali. Min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-direttriċi tal-EIGE li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tikseb l-allowance maniġerjali għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2011.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tad-Direttriċi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, tat-8 ta’ Settembru 2011, li tassenja lil Barbara Wurst mill-ġdid fil-pożizzjoni ta’ kap ta’ tim taċ-Ċentru tar-Riżorsi u ta’ Dokumentazzjoni, hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.

(3)

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Barbara Wurster.


(1)  ĠU C 138, 12.5.2012, p. 35; ĠU C 200, 7.7.2012, p. 21.


Top