Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0385

Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Iżrael dwar Ftehim bejn il-KE u l-Iżrael dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA) *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ottubru 2012 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Istat ta' Iżrael dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA) (12428/2012 – C7-0205/2012 – 2009/0155(NLE))

ĠU C 68E, 7.3.2014, pp. 119–120 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 68/119


It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Iżrael dwar Ftehim bejn il-KE u l-Iżrael dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA) ***

P7_TA(2012)0385

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Istat ta' Iżrael dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA) (12428/2012 – C7-0205/2012 – 2009/0155(NLE))

2014/C 68 E/27

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12428/2012),

wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u l-Istat ta' Iżrael min-naħa l-oħra (1), li daħal fis-seħħ fl-20 ta' Novembru 1995,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u l-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA) (05212/2010),

wara li kkunsidra t-talba min-naħa tal-Kunsill għal approvazzjoni b'konformità mal-Artikolu 207, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0205/2012),

wara li kkunsidra l-Mistoqsija għal Tweġiba Orali O-000129/2012 imressqa mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin li biha l-Kummissjarju ntalab jiddefinixxi l-ambitu tal-kompetenza territorjali tal-Awtorità Responsabbli Iżraeljana,

wara li kkunsidra t-tweġibiet għall-mistoqsija għal Tweġiba Orali mogħtija mill-Kummissarju għall-Kummerċ Trade Karel De Gucht fis-sessjoni plenarja tat-3 ta' Lulju 2012 li fihom il-Kummissjoni ċċarat it-tħassib kollu espress mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0289/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel regolarment rapport lill-Parlament dwar kull progress fl-implimentazzjoni tal-Protokoll;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istat tal-Iżrael.


(1)  ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3.


Top