This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AP0362
Financial rules applicable to the annual budget ***I European Parliament legislative resolution of 23 October 2012 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on the financial rules applicable to the annual budget of the Union (COM (2010)0815 – C7-0016/2011 – 2010/0395 (COD))#P7_TC1-COD(2010)0395 Position of the European Parliament adopted at first reading on 23 October 2012 with a view to the adoption of Regulation (EU, Euratom) No …/2012 of the European Parliament and of the Council on the financial rules applicable to the general budget of the Union and repealing Council Regulation (EC, Euratom) No 1605/2002#Annex to the legislative resolution
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (COM(2010)0815 – C7-0016/2011 – 2010/0395(COD))
P7_TC1-COD(2010)0395 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta' Ottubru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002
Anness għal riżoluzzjoni leġiżlattiva
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (COM(2010)0815 – C7-0016/2011 – 2010/0395(COD))
P7_TC1-COD(2010)0395 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta' Ottubru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002
Anness għal riżoluzzjoni leġiżlattiva
ĠU C 68E, 7.3.2014, pp. 80–82
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
7.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 68/80 |
It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni ***I
P7_TA(2012)0362
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (COM(2010)0815 – C7-0016/2011 – 2010/0395(COD))
2014/C 68 E/12
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0815), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0016/2011), |
|
— |
wara li kkunsdira l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet 3/2010 (1) u 6/2010 (2) tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif riveduti u aġġornati fil-25 ta' Jannar 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-11 ta' Lulju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0325/2011), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
|
2. |
Japprova d-dikjarazzjonijiet konġunti dwar il-kwistjonijiet relatati mal-QFP u dwar l-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju, u d-dikjarazzjoni tal-Parlament dwar l-Artikolu 18 ta' dak ir-Regolament, anness ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 145, 3.06.2010, p. 1.
(2) ĠU C 334, 10.12.2010, p. 1.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-26 ta' Ottubru 2011 (Testi adottati, P7_TA(2011)0465).
It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
P7_TC1-COD(2010)0395
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ottubru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Euratom Nru 966/2012.)
It-Tlieta 23 ta’ Ottubru 2012
Anness għal riżoluzzjoni leġiżlattiva
A) Dikjarazzjoni konġunta dwar kwistjonijiet relatati mal-QFP
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li r-Regolament Finanzjarju se jkun rivedut biex jinkludi l-emendi li saru neċessarji mill-eżitu tan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020, inklużi l-kwistjonijiet segwenti:
|
— |
ir-regoli fil-qasam tar-riport għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u għall-proġetti finanzjati fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; |
|
— |
ir-riport tal-approprjazzjonijiet mhux użati u tal-ekwilibriji baġitarji, kif ukoll il-proposta relatata biex jiddaħħlu tali approprjazzjonijiet f'riżerva għal pagamenti u impenji; |
|
— |
l-inklużjoni possibbli tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
it-trattament tal-fondi li jirriżultaw mill-ftehimiet dwar il-ġlieda kontra t-traffiku illegali ta' prodotti tat-tabakk. |
B) Dikjarazzjoni konġunta dwar l-infiq marbut mal-binjiet b’riferiment għall-Artikolu 203
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu:
|
1. |
il-proċedura ta’ twissija bikrija prevista fl-Artikolu 195(4), u l-proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel prevista fl-Artikolu 203(5) ma japplikawx għall-akkwist ta’ art b’titolu gratuwitu jew għal korrispettiv simboliku; |
|
2. |
kull riferiment għal "bini" fl-Artikolu 203 japplika biss għal binjiet mhux residenzjali. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu kull tagħrif marbut ma’ bini residenzjali; |
|
3. |
f’ċirkostanzi politiċi eċċezzjonali jew urġenti, l-informazzjoni dwar il-proġetti ta’ kostruzzjoni marbutin mad-delegazzjonijiet jew uffiċċji tal-UE f’pajjiżi terzi previsti fl-Artikolu 203(4) jistgħu jiġu sottomessi konġuntament mal-proġett ta’ bini skont it-termini tal-Artikolu 203(5); F’tali każijiet il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jimpenjaw ruħhom li jittrattaw il-proġett ta’ bini mal-ewwel opportunità possibbli; |
|
4. |
il-proċedura ta’ approvazzjoni minn qabel prevista fl-Artikolu 203(5) u (6) ma tapplikax għall-kuntratti jew studji preparatorji neċessarji għall-valutazzjoni dettaljata tal-kostijiet u tal-finanzjament tal-proġett ta’ bini; |
|
5. |
il-limiti massimi ta’ EUR 750 000 jew EUR 3 000 000 li hemm riferiment għalihom fil-punti (ii) sa (iv) tal-Artikolu 203(7) jinkludu t-tlestija tal-binja; għall-kuntratti ta’ kera, dawn il-limiti massimi japplikaw għal kera mingħajr ħlas imma jinkludu l-kostijiet marbutin mat-tlestija tal-binja; |
|
6. |
in-nefqa msemmija skont l-Artikolu 203(3)(a) ma tinkludix l-ispejjeż; |
|
7. |
sena waħda (1) wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 203. |
C) Stqarrija konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 203(3)
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li dispożizzjonijiet ekwivalenti jiġu inkluzi fir-Regolament ta’ Qafas Finanzjarju għall-korpi kkostitwiti skont it-TFUE u t-Trattat Euratom.
D) Stqarrija mill-Parlament Ewropew
L-ammont ta' EUR 85,9 miljun imħallas lura mill-Belġju lill-Parlament Ewropew fil-bidu tal-2010 u allokat għall-proġetti ta' bini għandu jiġi kkunsidrat bħala dħul estern assenjat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju