Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0663

    Kawża C-663/13: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Diċembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

    ĠU C 31, 1.2.2014, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 31/7


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

    (Kawża C-663/13)

    2014/C 31/11

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, K. Herrmann, T. Maxian Rusche, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

    Talbiet

    tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, u milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplementaw l-Artikolu 2(a), (b), (d), (f), (g), (h), (n), l-Artikolu 3(4)(a) u (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 13(1)(e) u s-subparagrafu 2 u 3 tal-Artikolu 13(6), l-Artikolu 14(2), (3), (4), (5), it-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(3), it-tieni sentenza tal-Artikolu 16(4), l-Artikolu 16(6), (7), (8), l-Artikolu 17(1)(c) relatati ma’ bijokarburanti, l-Artikolu 17(2) relatati ma’ bijofluwidi, l-Artikolu 17(3)(b)(i), relatati fir-rigward ta’ Stati Membri u ta’ pajjiżi terzi oħra, l-Artikolu 17(3)(a)(b)(ii), (c), (4)(a) sa (c) u (8), l-Artikolu 18(1) relatati ma’ bijofluwidi, l-Artikolu 19(1) u (3) għall-bijofluwidi, l-Anness II, l-Anness III, l-Anness IV u l-Anness V ta’ din id-direttiva, fit-territorju federali kollu jew f’partijiet minnu u milli tinnotifika lill-Kummissjoni b’dawk id-dispożizzjonijiet;

    tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ksur tal-obbligu li tinnotifika l-miżuri ta’ traspożizzjoni u timponi l-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 40 512 għal kull jum mid-data tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li kkonstatat il-ksur ta’ dan l-obbligu, pagabbli fuq il-kont tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea;

    tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-5 ta’ Diċembru 2010.


    Top