This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AP0215
Double-hull or equivalent design requirements for single-hull oil tankers ***I European Parliament legislative resolution of 23 May 2012 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on the accelerated phasing-in of double-hull or equivalent design requirements for single-hull oil tankers (recast) (COM(2011)0566 – C7-0269/2011 – 2011/0243(COD))#P7_TC1-COD(2011)0243 Position of the European Parliament adopted at first reading on 23 May 2012 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2012 of the European Parliament and of the Council on the accelerated phasing-in of double-hull or equivalent design requirements for single-hull oil tankers (recast)
Id-dħul gradwali aċċellerat ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew taタル disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed (tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0566 – C7-0269/2011 – 2011/0243(COD))
P7_TC1-COD(2011)0243 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta' Mejju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (Riformulazzjoni)
Id-dħul gradwali aċċellerat ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew taタル disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed (tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0566 – C7-0269/2011 – 2011/0243(COD))
P7_TC1-COD(2011)0243 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta' Mejju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (Riformulazzjoni)
ĠU C 264E, 13.9.2013, pp. 105–106
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
13.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 264/105 |
L-Erbgħa 23 ta’ Mejju 2012
Id-dħul gradwali aċċellerat ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed (tfassil mill-ġdid) ***I
P7_TA(2012)0215
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed (tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0566 – C7-0269/2011 – 2011/0243(COD))
2013/C 264 E/22
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0566), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0269/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-7 ta' Diċembru 2011 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-25 ta’ Novembru 2011 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' April 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0034/2012), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta, u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti mingħajr tibdil fis-sostanza tagħhom, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 43, 15.2.2012, p. 98.
L-Erbgħa 23 ta’ Mejju 2012
P7_TC1-COD(2011)0243
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Mejju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (Riformulazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 530/2012).