EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0406

Kawża T-406/12 P: Appell ippreżentat fil- 21 ta’ Marzu 2013 minn BG mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis- 17 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża F-54/11, BG vs L-Ombudsman

ĠU C 156, 1.6.2013, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/44


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2013 minn BG mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-17 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża F-54/11, BG vs L-Ombudsman

(Kawża T-406/12 P)

2013/C 156/82

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: BG (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Parti l-oħra fil-proċedura: L-Ombudsman Ewropew

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża F-54/11;

konsegwentement, tagħti lir-rikorrenti l-benefiċċju tat-talbiet tagħha fl-ewwel istanza u, b’hekk

prinċipalment, ir-reintegrazzjoni tagħha, b’mod retroattiv għad-data meta daħlet fis-seħħ id-deċiżjoni ta’ revoka, fil-pożizzjoni tagħha bħala amministratur fil-grad A5 skala 2, u l-ħlas tad-drittijiet finanzjarji li huma dovuti lilha fuq dan il-perijodu kollu, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata tal-BĊE miżjuda b’żewġ punti;

sussidjarjament, l-għoti tas-somma korrispondenti għar-remunerazzjoni li kienet tirċievi mid-data meta daħlet fis-seħħ ir-revoka tagħha f’Awwissu 2010 sax-xahar meta tikseb l-età tal-irtirar, f’Lulju 2040, u r-regolarizzazzjoni rispettiva tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti;

f’kull każ, l-għoti tas-somma ta’ Eur 65 000 għad-dannu morali subit;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-kawża għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju bbażat fuq żnaturament tal-proċess matul l-istħarriġ imwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-osservanza tal-proċedura dixxiplinari u b’mod partikolari l-ksur tal-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku interpreta b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “proċeduri kriminali” (dwar il-punti 68 et seq tas-sentenza appellata).

(2)

It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-istħarriġ tal-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq żnaturament tal-proċess, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonkluda li l-Ombudsman ma kisirx l-obbligu ta’ motivazzjoni filwaqt li injora l-opinjoni tal-Bord Dixxiplinari (dwar il-punti 102 u 103 tas-sentenza appellata).

(3)

It-tielet aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ stħarriġ tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll fuq żnaturament tal-proċess, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonkluda li l-Ombudsman ma kisirx il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta impona fuq ir-rikorrenti l-iktar sanzjoni iebsa stabbilita fir-Regolamenti tal-Persunal (dwar il-punti 115 sa 130 tas-sentenza appellata).

(4)

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq ksur tal-istħarriġ tal-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn irġiel u nisa u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma eżaminax jekk l-istat tat-tqala tal-appellanti, li miegħu huwa marbut l-aġir tiegħu, wassalx jew kienx jikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta kontra l-appellanti (dwar il-punti 139 et seq tas-sentenza appellata).


Top