Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex
Έγγραφο 62008TA0432
Case T-432/08: Judgment of the General Court of 12 April 2013 — AKM v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — Copyright relating to the public performance of musical works via the internet, satellite and cable retransmission — Decision finding an infringement of Article 81 EC — Sharing of the geographic market — Bilateral agreements between national collecting societies — Concerted practice excluding the possibility of granting multi-territorial, multi-repertoire licences — Evidence — Presumption of innocence)
Kawża T-432/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ April 2013 — AKM vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Prova — Preżunzjoni ta’ innoċenza” )
Kawża T-432/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ April 2013 — AKM vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Prova — Preżunzjoni ta’ innoċenza” )
ĠU C 156, 1.6.2013, σ. 35 έως 36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — AKM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-432/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni ta’ innoċenza)
2013/C 156/61
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger reg. Gen. mbH (AKM) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Wollmann u F. Urlesberger, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u O. Weber, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: G. Hesse, C. Pesendorfer, E. Riedl, M. Fruhmann u A. Posch, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC) huwa annullat, għal dak li jikkonċerna Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger reg. Gen. mbH (AKM). |
(2) |
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni C(2008) 3435 finali huwa annullat, sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, għal dak li jikkonċerna AKM. |
(3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(4) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti minn AKM. |
(5) |
AKM għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha. |
(6) |
Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |