This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012A0309(01)
Commission Opinion of 7 March 2012 relating to the plan for the disposal of radioactive waste arising from the SPIRAL-2 facility, located in France, in accordance with Article 37 of the Euratom Treaty
Opinjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Marzu 2012 dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità SPIRAL-2, li tinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom
Opinjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Marzu 2012 dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità SPIRAL-2, li tinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom
ĠU C 71, 9.3.2012, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
9.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Marzu 2012
dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità SPIRAL-2, li tinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom
(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)
2012/C 71/01
Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, u hija bla ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja.
Fil-15 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Franċiż, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom, Dejta Ġenerali b'rabta mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità SPIRAL-2 fi Franza.
Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:
|
(1) |
Id-distanza bejn il-faċilità u l-eqreb punt fi Stat Membru ieħor, f'dan il-każ ir-Renju Unit, hija 170 km. |
|
(2) |
F’kundizzjonijiet ta' operat normali, it-tnixxijiet ta’ effluwenti radjuattivi likwidi u tal-gass ma jwassalx għal esponiment tal-popolazzjoni ta' Stat Membru ieħor li jkun sinifikanti mill-aspett sanitarju. |
|
(3) |
Skart radjuattiv solidu jinħażen temporanjament fis-sit qabel ma jiġi ttrasferit għal faċilità awtorizzata tat-trattament jew tar-rimi fi Franza. |
|
(4) |
Fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li aktarx jaslu għand il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor ma jkunux sinifikanti mill-aspett sanitarju. |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv fi kwalunkwe forma mill-faċilità SPIRAL-2 fi Franza, kemm f'operat normali kif ukoll fil-każ ta' inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, x'aktarx li ma jirriżultax f'kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru ieħor li tkun sinifikanti mill-aspett sanitarju.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni