EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AE1587

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja” COM(2011) 483 finali — 2011/0210 (COD)

ĠU C 24, 28.1.2012, p. 78–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/78


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja”

COM(2011) 483 finali — 2011/0210 (COD)

2012/C 24/14

Relatur Ġenerali: is-Sur SMYTH

Nhar it-2 ta’ Settembru 2011 u nhar il-5 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċiedew, b'konformità mal-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja

COM(2011) 483 finali 2011/0210 (COD).

Nhar l-20 ta’ Settembru 2011, il-Bureau tal-Kumitat inkariga lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali sabiex tipprepara l-ħidma tiegħu dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-475 sessjoni plenarja tiegħu tas-26 u s-27 ta’ Ottubru 2011 (seduta tas-27 ta’ Ottubru 2011) li jaħtar lis-Sur SMYTH bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b'87 vot favur, l-ebda vot kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat il-Regolament 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja, li għandha bħala għan iċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali meħtieġa.

1.2

Il-KESE japprova l-proposta.

2.   Raġuni

2.1

L-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1260/1999, li jirregola l-fondi strutturali u l-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2000-2006, identifika tipi varji ta’ għajnuna, inkluża l-għajnuna diretta li trid titħallas lura u li ma tridx titħallas lura, u li jistgħu jiġu pprovduti permezz tal-fondi strutturali tal-UE. L-Artikolu 44 tar-Regolament ġenerali tal-Kunsill (KE) 1083/2006 għall-politika ta’ koeżjoni, li jistipola r-regoli għall-perjodu ta’ programmazzjoni attwali (2007-2013) jittratta strumenti tal-inġinerija finanzjarja, iżda madankollu, ma fihx lingwaġġ legali adegwati li jiddefinixxi l-għajnuna, kemm dik li trid titħallas lura kif ukoll dik li ma tridx titħallas lura.

2.2

L-Istati Membri qed jużaw tipi ta’ għajnuna li trid titħallas lura b'mod pjuttost estensiv, ċertament wara l-esperjenzi pożittivi li ġarrbu b'dan l-istrument matul il-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti (2000-2006).

2.3

Għaldaqstant, jidher ċar li huwa neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1083/2006 sabiex jinkludi definizzjoni ġenerali ta’ għajnuna li trid titħallas lura, u fir-rigward tal-inġinerija finanzjarja, li jiġu kkjarifikati għadd ta’ prattiki tekniċi billi bħalissa qed jintużaw tipi ta’ finanzi rinnovabbli għal firxa usa' ta’ attivitajiet barra minn sempliċement l-inġinerija finanzjarja.

Brussell, 27 ta’ Ottubru 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


Top