Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0326

    Kawża C-326/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid- 29 ta’ Ġunju 2011 — J.J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard; il-parti l-oħra: Staatssecretaris van Financiën

    ĠU C 269, 10.9.2011, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/30


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Ġunju 2011 — J.J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard; il-parti l-oħra: Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-326/11)

    2011/C 269/57

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi).

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: J.J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard BV.

    Il-parti l-oħra: Staatssecretaris van Financiën.

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 13B(ġ) moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment ta’ bini li fuqu twettqu xi xogħolijiet ta’ trasformazzjoni, intiżi sabiex jinħoloq bini ġdid (restawr), mill-bejjiegħ qabel it-trasferiment, liema xogħolijiet tkomplew u tlestew mix-xerrej wara t-trasferiment, ma huwiex eżenti mill-VAT?


    (1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)


    Top