Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0325

    Kawża C-325/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Koszalinie (Repubblika tal-Polonja) fit- 28 ta’ Ġunju 2011 — Krystyna Alder u Ewald Alder vs Sabina Orłowska u Czesław Orłowski

    ĠU C 269, 10.9.2011, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/29


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Koszalinie (Repubblika tal-Polonja) fit-28 ta’ Ġunju 2011 — Krystyna Alder u Ewald Alder vs Sabina Orłowska u Czesław Orłowski

    (Kawża C-325/11)

    2011/C 269/56

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy w Koszalinie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Krystyna Alder, Ewald Alder

    Konvenuti: Sabina Orłowska, Czesław Orłowski

    Domandi preliminari

    L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz [in-notifika] fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (1) u l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa possibbli li jiġu inklużi fil-proċess tal-kawża, b’tali mod li jitqiesu li ġew innotifikati, dokumenti tal-qorti indirizzati lil parti li d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħha jkunu fi Stat Membru ieħor, jekk dik il-parti naqset milli taħtar rappreżentant li huwa awtorizzat li jaċċetta n-notifika u li huwa domiċiljat fl-Istat Membru fejn ikunu qegħdin iseħħu l-proċedimenti tal-qorti?


    (1)  Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz [in-notifika] fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz [notifika] ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, p. 79).


    Top