Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0464

    Kawża C-464/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 14 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons — il-Belġju) — L-Istat tal-Belġju vs Pierre Henfling, Raphaël Davin, Koenraad Tanghe, bħala kuraturi ta’ falliment ta’ Tiercé Franco-Belge SA (Tassazzjoni — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 6(4) — Eżenzjoni — Artikolu 13B(f) — Logħob tal-ażżard — Servizzi pprovduti minn aġent (riċevitur tal-lottu) li jaġixxi f’ismu proprju iżda għall-benefiċċju ta’ prinċipal li jeżerċita attività ta’ ġbir ta’ mħatri)

    ĠU C 269, 10.9.2011, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons — il-Belġju) — L-Istat tal-Belġju vs Pierre Henfling, Raphaël Davin, Koenraad Tanghe, bħala kuraturi ta’ falliment ta’ Tiercé Franco-Belge SA

    (Kawża C-464/10) (1)

    (Tassazzjoni - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 6(4) - Eżenzjoni - Artikolu 13B(f) - Logħob tal-ażżard - Servizzi pprovduti minn aġent (riċevitur tal-lottu) li jaġixxi f’ismu proprju iżda għall-benefiċċju ta’ prinċipal li jeżerċita attività ta’ ġbir ta’ mħatri)

    2011/C 269/29

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour d’appel de Mons

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: L-Istat tal-Belġju

    Konvenuti: Pierre Henfling, Raphaël Davin, Koenraad Tanghe, bħala kuraturi ta’ falliment ta’ Tiercé Franco-Belge SA

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Mons — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(4) u 13B(f) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjoni mit-taxxa għas-servizzi pprovduti minn aġent li jaġixxi f’ismu proprju iżda għall-benefiċċju ta’ prinċipal li jorganizza logħob u mħatri previsti mill-imsemmija direttiva.

    Dispożittiv

    L-Artikoli 6(4), u 13B(f) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sakemm operatur ekonomiku jopera f’ismu proprju, iżda għall-benefiċċju ta’ impriża li teżerċita attività ta’ ġbir ta’ mħatri, fil-ġbir ta’ mħatri li jaqa’ taħt eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’dan l-Artikolu 13B(f), din l-aħħar impriża titqies, skont dan l-Artikolu 6(4), bħala illi tipprovdi lill-imsemmi operatur provvista ta’ mħatri li taqa’ taħt l-imsemmija eżenzjoni.


    (1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


    Top