Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0101

    Kawża C-101/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 7 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission — l-Awstrija) — Gentcho Pavlov, Gregor Famira vs Ausschuss der Rechtsanwaltskammer Wien) (Relazzjonijiet barranin — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li, qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea, kienet teskludi liċ-ċittadini Bulgari mill-iskrizzjoni fil-lista tal-avukati stagiaires — Kompatibbiltà ta’ tali leġiżlazzjoni mal-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol, prevista fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Bulgarija)

    ĠU C 269, 10.9.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission — l-Awstrija) — Gentcho Pavlov, Gregor Famira vs Ausschuss der Rechtsanwaltskammer Wien)

    (Kawża C-101/10) (1)

    (Relazzjonijiet barranin - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li, qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea, kienet teskludi liċ-ċittadini Bulgari mill-iskrizzjoni fil-lista tal-avukati stagiaires - Kompatibbiltà ta’ tali leġiżlazzjoni mal-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol, prevista fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Bulgarija)

    2011/C 269/18

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Gentcho Pavlov, Gregor Famira

    Konvenuta: Ausschuss der Rechtsanwaltskammer Wien

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission — Interpretazzjoni tal-Artikolu 38(1) tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 59, p. 201) — Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol — Kompatibbiltà, ma’ dan l-artikolu, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li, qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea, kienet teskludi liċ-ċittadini Bulgari mill-iskrizzjoni fil-lista tal-avukati stagiaires — Effett dirett ta’ din id-dispożizzjoni

    Dispożittiv

    Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 38(1) tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, konkluż u approvat f’isem il-Komunitajiet permezz tad-Deċiżjoni 94/908/KEFA, KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Diċembru 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma kienx jipprekludi, qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħal dik li tinsab fl-Artikolu 30(1) u (5) tar-Regolament Awstrijak li jirrigwarda l-professjoni ta’ avukat (Österreichische Rechtsanwaltsordnung), fil-verżjoni applikabbli għall-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha ċittadin Bulgaru, minħabba kundizzjoni marbuta maċ-ċittadinanza imposta b’din il-leġiżlazzjoni, ma setax jikseb l-iskrizzjoni tiegħu fil-lista tal-avukati stagiaires u lanqas, bħala konsegwenza, ċertifikat li jawtorizza r-rappreżentanza legali quddiem il-qrati.


    (1)  ĠU C 134, 22.05.2010.


    Top