Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0078

    Kawża C-78/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Rouen — Franza) — Marc Berel et vs Administration des douanes de Rouen, Receveur principal des douanes du Havre, Administration des douanes du Havre ( “Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikoli 213, 233 u 239 — Obbligu ta’ responsabbiltà in solidum ta’ diversi debituri għall-istess dejn doganali — Remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni — Estinzjoni tad-dejn doganali — Possibbiltà ta’ kodebitur in solidum li jinvoka r-remissjoni mogħtija lil kodebitur ieħor — Nuqqas” )

    ĠU C 103, 2.4.2011, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 103/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Rouen — Franza) — Marc Berel et vs Administration des douanes de Rouen, Receveur principal des douanes du Havre, Administration des douanes du Havre

    (Kawża C-78/10) (1)

    (Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikoli 213, 233 u 239 - Obbligu ta’ responsabbiltà in solidum ta’ diversi debituri għall-istess dejn doganali - Remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni - Estinzjoni tad-dejn doganali - Possibbiltà ta’ kodebitur in solidum li jinvoka r-remissjoni mogħtija lil kodebitur ieħor - Nuqqas)

    2011/C 103/14

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour d’appel de Rouen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Marc Berel, bħala mandatarju tal-kumpannija Port Angot Développement, Emmanuel Hess, bħala amministratur ġudizzjarju tal-kumpannija Port Angot Développement, Rijn Schelde Mondia France SA, Receveur principal des douanes de Rouen Port, Administration des douanes — Havre Port, Société Port Angot Développement, aventi kawża ta’ Manutention de Produits Chimiques et Miniers Maprochim SAS, Asia Pulp Paper France EURL

    Konvenut: Administration des douanes de Rouen, Receveur principal des douanes du Havre, Administration des douanes du Havre

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Rouen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 213, 233 u 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni — Invokabbiltà minn kodebitur responsabbli in solidum tal-obbligi doganali sabiex jibbenefika minn remissjoni tad-drittijiet fuq l-importazzjoni preċedentement mogħtija lil kodebitur ieħor

    Dispożittiv

    L-Artikoli 213, 233 u 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni, fil-kuntest ta’ obbligu ta’ responsabbilità in solidum fir-rigward ta’ dejn doganali fis-sens ta’ dan l-Artikolu 213 bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ prinċipju tad-dritt nazzjonali li minnu jirriżulta li r-remissjoni parzjali tad-dazji mogħtija abbażi tal-imsemmi Artikolu 239 lil wieħed mill-kodebituri tista’ tiġi invokata mill-kodebituri l-oħra kollha, b’tali mod li l-estinzjoni tad-dejn prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233(b) tal-istess kodiċi tikkonċerna d-dejn fih innifsu u għaldaqstant teħles lill-kodebituri in solidum kollha mill-ħlas ta’ dan tal-aħħar sal-limitu tal-ammont li għalih ingħatat ir-remissjoni.


    (1)  ĠU C 113, 1.5.2010.


    Top