EUR-Lex Acces la dreptul Uniunii Europene
Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex
Document 62008TN0303
Case T-303/08: Action brought on 30 July 2008 — Tresplain Investments v OHIM — Hoo Hing (Golden Elephant Brand)
Kawża T-303/08: Rikors ippreżentat fit- 30 ta' Lulju 2008 — Tresplain Investments vs UASI — Hoo Hing (Golden Elephant Brand)
Kawża T-303/08: Rikors ippreżentat fit- 30 ta' Lulju 2008 — Tresplain Investments vs UASI — Hoo Hing (Golden Elephant Brand)
ĠU C 260, 11.10.2008, p. 14-15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 260/14 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta' Lulju 2008 — Tresplain Investments vs UASI — Hoo Hing (Golden Elephant Brand)
(Kawża T-303/08)
(2008/C 260/26)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tresplain Investments Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: McFarland, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Hoo Hing Holdings Ltd (Romford, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Mejju 2008 fil-każ R 889/2007-1; u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva “Golden Elephant Brand” għal prodotti fil-klassi 30 — Reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 241 810
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva mhux irreġistrata “GOLDEN ELEPHANT”, li kienet tintuża fir-Renju Unit
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 73 u 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi l-Bord ta' l-Appell żbalja meta ħa in kunsiderazzjoni fatti allegati, kif ukoll preżunzjonijiet u assunzjonijiet legali li ma kinux introdotti jew sostanzjati mill-partijiet, meta fl-istess ħin irrifjuta li jieħu in kunsiderazzjoni fatti, provi u argumenti oħra mressqa mir-rikorrenti; ksur ta' l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi l-Bord ta' l-Appell żbalja meta kkonstata li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati u, b'riżultat ta' dan, probabbiltà ta' danni.