EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FN0139

Kawża F-139/07: Rikors ippreżentat fl- 10 ta' Diċembru 2007 — Van Arum vs Il-Parlament

ĠU C 92, 12.4.2008, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/49


Rikors ippreżentat fl-10 ta' Diċembru 2007 — Van Arum vs Il-Parlament

(Kawża F-139/07)

(2008/C 92/99)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Rinse van Arum (Winksele, il-Belġju) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Ir-rikorrent jitlob, minn naħa, il-modifika tar-rapport tal-persunal fil-konfront tiegħu u, sussidjarjament, l-annullament tiegħu. B'mod iktar sussidjarju, huwa jitlob li jiġi ordnat li l-provi kollha li huma l-bażi ta' ċerti rimarki kkontestati li jinsabu fir-rapport tal-persunal tiegħu jiġu nnotifikati lilu u li tittieħed deċiżjoni dwar il-fatti u r-rapporti kkontestati. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrent jitlob li l-Awtorità tal-Ħatra tiġi kkundannata tħallas is-somma simbolika ta' EUR 1 għal danni.

Talbiet tar-rikorrent

timmodifika r-rapport tal-persunal fil-konfront tiegħu;

sussidjarjament, tannulla r-rapport kompletament;

b'mod iktar sussidjarju, tordna li l-provi kollha li huma l-bażi ta' ċerti rimarki kkontestati li jinsabu fir-rapport tal-persunal tiegħu jiġu nnotifikati lir-rikorrent u li tittieħed deċiżjoni dwar ċerti fatti u r-rapporti kkontestati;

tikkundanna lill-Awtorità tal-Ħatra tħallas somma simbolika ta' EUR 1 għal danni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


Top