EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0348

Kawża C-348/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 21 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Marie-Claude Girardot (Appell — Membru tal-persunal temporanju — Rikors għad-danni — Telf ta' opportunità ta' reklutaġġ — Dannu reali u ċert — Determinazzjoni tal-portata tal-kumpens għad-dannu)

ĠU C 92, 12.4.2008, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Marie-Claude Girardot

(Kawża C-348/06 P) (1)

(Appell - Membru tal-persunal temporanju - Rikors għad-danni - Telf ta' opportunità ta' reklutaġġ - Dannu reali u ċert - Determinazzjoni tal-portata tal-kumpens għad-dannu)

(2008/C 92/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: D. Martin u Clotuche-Duvieusart, aġenti]

Appellata: Marie-Claude Girardot [rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u S. Rodrigues, avukati]

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (l-Ewwel Awla) tas-6 ta' Ġunju 2006, Girardot vs Il-Kummissjoni (T-10/02), li biha din iffissat l-ammont tal-kumpens finanzjarju dovut mill-Kummissjoni lil Marie-Claude Girardot skond is-sentenza interlokutorja tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-31 ta' Marzu 2004, għal EUR 92,785, flimkien ma' l-interessi li jibdew jiddekorru mis-6 ta' Settembru 2004, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għal proġetti prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid, miżjuda b'żewġ punti — Ksur ta' l-Artikolu 236 KE u tal-kundizzjonijiet ta' assunzjoni ta' responsabbilità tal-Kummissjoni — Metodu ta' kalkolu tas-somma dovuta minn istituzzjoni Komunitarja għall-finijiet ta' kumpens ta' telf ta' opportunità ta' reklutaġġ f'din l-istituzzjoni, li jirriżulta minn deċiżjoni illegali ta' din ta' l-aħħar.

Dispożittiv

1)

L-appell prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż relattivi għall-appell prinċipali.

3)

M. Girardot hija kkundannata għall-ispejjeż relattivi għall-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 249, 14.10.2006.


Top