This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0989
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/989 of 22 May 2023 amending Regulation (EU) No 1321/2014 on the continuing airworthiness of aircraft and aeronautical products, parts and appliances, and on the approval of organisations and personnel involved in these tasks, and correcting that Regulation
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/989 tat-22 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol, u li jikkoreġi dak ir-Regolament
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/989 tat-22 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol, u li jikkoreġi dak ir-Regolament
C/2023/3206
ĠU L 135, 23.5.2023, p. 53–110
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness I parti M punt M.A.302 punt (d) | 12/06/2023 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness I parti M punt M.A.502 | 12/06/2023 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness Vb parti ML punt ML.A.302 punt (c) | 12/06/2023 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt (t) | 12/06/2023 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | artikolu 2 punt (u) | 12/06/2023 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 SUBPA E sentenza 1 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi I punt 2 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 appendiċi I punt 3 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi II punt 1.11 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi II punt 1.12 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi II punt 1.13 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 appendiċi II punt 1.14 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi II punt 1.4 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi II punt 2 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi III punt 1 punt (a) punt (ii) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi III punt 1 punt (b) punt (ii) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi III punt 1 punt (b) punt (iv) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi III punt 1 punt (c) punt (i) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 appendiċi III punt 1 punt (c) punt (iv) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 appendiċi III punt 3 paragrafu mhux numerat | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi III punt 3.1 punt (a) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi III punt 3.1 punt (d) paragrafu mhux numerat 4 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 appendiċi III punt 3.1 punt (e) paragrafu mhux numerat | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Emenda | anness III parti 66 appendiċi III punt 3.1 punt (e) tabella | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Tħassir | anness III parti 66 appendiċi III punt 3.1 punt (f) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 appendiċi III punt 3.2 punt (b) paragrafu mhux numerat | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Emenda | anness III parti 66 appendiċi III punt 3.2 punt (b) tabella | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi III punt 4.1 punt (f) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 appendiċi III punt 4.1 punt (j) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi III punt 5 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi III punt 6 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi III titolu | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi IV | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 appendiċi IX | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi VI Test | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi VII | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 appendiċi VIII punt (a) punt (vi) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 appendiċi VIII punt (a) punt (vii) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 appendiċi VIII punt (b) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.A.10 punt (e) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 punt 66.A.20 punt (a) punt 7 paragrafu mhux numerat | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.A.25 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Tħassir | anness III parti 66 punt 66.A.30 punt (a) punt 2b paragrafu mhux numerat 2 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Tħassir | anness III parti 66 punt 66.A.30 punt (a) punt 2b paragrafu mhux numerat 3 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.A.30 punt (a) punt 3 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.A.30 punt (a) punt 4 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.A.30 punt (a) punt 5 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.A.30 punt (e) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.A.40 punt (b) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.A.45 punt (d) paragrafu mhux numerat 1 inċiż 1 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.A.45 punt (d) paragrafu mhux numerat 2 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Tħassir | anness III parti 66 punt 66.A.45 punt (h) punt (ii) punt 3 paragrafu mhux numerat 3 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.A.5 punt 1 paragrafu mhux numerat 1 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.A.5 punt 2 punt (i) inċiż 2 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.B.105 punt (a) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.B.105 titolu | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.B.110 punt (d) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 punt 66.B.130 punt (c) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 punt 66.B.135 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 punt 66.B.2 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.B.200 punt (c) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.B.200 punt (d) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.B.200 punt (g) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 punt 66.B.400 punt (d) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 punt 66.B.405 punt (a) paragrafu mhux numerat 2 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness III parti 66 Test | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness III parti 66 Test | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 appendiċi III punt 1 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness IV parti 147 appendiċi III punt 2 paragrafu mhux numerat | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 appendiċi III punt 2 paragrafu mhux numerat | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 appendiċi III punt 2 paragrafu mhux numerat 1 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 appendiċi III punt 2 titolu | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 punt 147.A.100 punt (b) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 punt 147.A.100 punt (f) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 punt 147.A.100 punt (h) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness IV parti 147 punt 147.A.100 punt (j) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 punt 147.A.105 punt (c) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 punt 147.A.115 punt (a) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 punt 147.A.115 punt (d) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness IV parti 147 punt 147.A.120 punt (c) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness IV parti 147 punt 147.A.135 punt (d) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 punt 147.A.145 punt (b) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 punt 147.A.200 punt (g) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | anness IV parti 147 punt 147.A.200 punt (h) | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 punt 147.A.305 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | anness IV parti 147 Test | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | artikolu 6 paragrafu 4 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | artikolu 6 paragrafu 5 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Żieda | artikolu 6 paragrafu 6 | 12/06/2024 | |
Modifies | 32014R1321 | Sostituzzjoni | artikolu 6 titolu | 12/06/2024 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32023R0989R(01) | (RO) |
23.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/53 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/989
tat-22 ta’ Mejju 2023
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol, u li jikkoreġi dak ir-Regolament
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru, inklużi l-kwalifiki u l-liċenzji tal-persunal responsabbli għar-rilaxx għas-servizz ta’ prodotti wara l-manutenzjoni. |
(2) |
It-terminu “inġenju tal-ajru motorizzat kumpless” kien ġie definit fl-Artikolu 3, il-punt (j), tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u tħassar bir-Regolament (UE) 2018/1139. F’konformità mal-Artikolu 140(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għandu jiġi adattat għar-Regolament (UE) 2018/1139 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ dak it-terminu. |
(3) |
Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tas-sistema ta’ liċenzjar u taħriġ tal-manutenzjoni, huwa meħtieġ li jiġu introdotti bidliet fir-rekwiżiti rigward l-organizzazzjonijiet tal-liċenzji u tat-taħriġ tal-manutenzjoni stabbiliti fl-Anness III (il-Parti-66) u fl-Anness IV (il-Parti-147) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014. |
(4) |
B’mod partikolari, huwa meħtieġ li tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-tip ta’ inġenji tal-ajru fuq il-liċenzji tal-manutenzjoni meta ma jkun hemm l-ebda organizzazzjoni approvata f’konformità mal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 li toffri taħriġ tat-tip fuq dak l-inġenju tal-ajru, filwaqt li jinżamm l-istess livell ta’ sikurezza u jinżammu wkoll kundizzjonijiet ekwi. Jeħtieġ ukoll li s-sillabu tat-taħriġ bażiku tal-persunal li jiċċertifika involut fil-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru jiġi aġġornat, li tittejjeb l-effiċjenza tat-“taħriġ fuq ix-xogħol” meħtieġ għall-ewwel approvazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-tip fil-kategorija tal-liċenzja tal-manutenzjoni u li jiġu introdotti metodi ta’ taħriġ u teknoloġiji tat-tagħlim ġodda, flimkien ma’ titjib ieħor, bħala parti mill-aġġornament regolari tar-regoli f’dak l-Anness. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(6) |
L-emendi huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 07/2022 (4) tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 75(2), il-punt (b), u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
(7) |
Jenħtieġ li jiġi pprovdut perjodu ta’ tranżizzjoni suffiċjenti għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ fil-manutenzjoni u għall-awtoritajiet tal-liċenzjar biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mar-regoli u mal-proċeduri l-ġodda introdotti b’dan ir-Regolament. |
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1360 (5) emenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 biex jinkludi referenzi għad-data u għall-informazzjoni użati għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà stabbiliti f’konformità mal-Anness Ib il-ġdid tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (6). |
(9) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1360 ħassar b’mod involontarju l-punt (3) tal-punt M.A.302(d) tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 u l-punti (3) sa (9) tal-punt ML.A.302(c) tal-Anness Vb (il-Parti-ML) ta’ dak ir-Regolament, li kellhom jinżammu. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1360 żied ukoll b’mod involontarju punt ieħor (e) mal-punt M.A.502 tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, minflok issostitwieh. |
(10) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jenħtieġ li jiġi kkoreġut skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
l-Anness III (il-Parti-66) huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(4) |
L-Anness IV (il-Parti-147) huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa kkoreġut kif ġej:
(1) |
l-Anness I (il-Parti-M) huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
(2) |
l-Anness Vb (il-Parti-ML) huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-12 ta’ Ġunju 2024.
Madankollu, l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw mit-12 ta’ Ġunju 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).
(4) https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1360 tat-28 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti iktar proporzjonati għall-inġenji tal-ajru użati għall-avjazzjoni sportiva u rikreattiva (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 115).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
ANNESS I
L-ANNESS III (il-Parti-66) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-werrej huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
il-punt 66.A.5 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fil-punt 66.A.10, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
fil-punt 66.A.20(a)(7) jiżdied il-paragrafu li ġej: “Liċenzja tal-manutenzjoni ta’ inġenju tal-ajru tal-Kategorija C maħruġa fir-rigward ta’ inġenji tal-ajru motorizzati kumplessi għandha tinkludi l-privileġġi tal-liċenzja tal-manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru tal-kategorija C anke fir-rigward ta’ inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru motorizzati kumplessi.”; |
(5) |
il-punt 66.A.25 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(6) |
il-punt 66.A.30 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
fil-punt 66.A.40, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(8) |
il-punt 66.A.45(d) huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
fil-punt 66.A.45(h)(ii)(3), jitħassar it-tielet paragrafu; |
(10) |
jiddaħħal il-punt 66.B.2 li ġej:
|
(11) |
il-punt 66.B.105 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
fil-punt 66.B.110, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(13) |
fil-punt 66.B.130, jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
(14) |
jiżdied il-punt 66.B.135 li ġej:
|
(15) |
il-punt 66.B.200 huwa emendat kif ġej:
|
(16) |
fis-Subparti E, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Din is-Subparti tipprovdi l-proċeduri għall-għoti tal-krediti tal-eżamijiet imsemmija fil-punt 66.A.25(d).”; |
(17) |
fil-punt 66.B.400, jiżdied il-punt (d) li ġej:
|
(18) |
fil-punt 66.B.405(a), it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dan it-tqabbil għandu jiddikjara jekk intweritx il-konformità u għandu jkun fih il-ġustifikazzjonijiet għal kull dikjarazzjoni u l-kundizzjonijiet possibbli jew kunsiderazzjonijiet addizzjonali, jew it-tnejn.”; |
(19) |
L-Appendiċi I huwa emendat kif ġej:
|
(20) |
L-Appendiċi II huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
L-Appendiċi III huwa emendat kif ġej:
|
(22) |
L-Appendiċi IV huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi IV Moduli tal-esperjenza u tal-għarfien bażiku jew moduli parzjali meħtieġa għall-estensjoni ta’ liċenzja tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru skont l-Anness III (il-Parti-66) A. Rekwiżiti ta’ esperjenza It-Tabella A ta’ hawn taħt turi r-rekwiżiti tal-esperjenza, f’xhur, għaż-żieda ta’ kategorija jew subkategorija ġdida ma’ liċenzja mogħtija f’konformità mal-Anness III (il-Parti-66). Ir-rekwiżiti tal-esperjenza jistgħu jitnaqqsu b’50 % jekk l-applikant ikun lesta kors ta’ taħriġ bażiku approvat skont il-Parti-147 rilevanti għal subkategorija partikolari. Tabella A
B. Moduli ta’ għarfien bażiku jew moduli parzjali meħtieġa L-għan ta’ din it-tabella huwa li tiddeskrivi l-eżamijiet meħtieġa biex tiżdied kategorija/subkategorija bażika ġdida ma’ AML mogħtija f’konformità ma’ dan l-Anness. Is-sillabi mħejjija f’konformità mal-Appendiċi I u l-Appendiċi VII jeħtieġu livelli differenti ta’ għarfien għal kategoriji differenti ta’ liċenzji fi ħdan modulu; għalhekk, hemm eżamijiet addizzjonali applikabbli għal ċerti moduli għad-detenturi ta’ liċenzja li jixtiequ jestendu AML mogħtija f’konformità ma’ dan l-Anness biex tinkludi kategorija/subkategorija oħra u għandha titwettaq analiżi tal-modulu biex jiġu ddeterminati s-suġġetti neqsin jew li l-applikant għadda minnhom f’livell aktar baxx. Tabella B
SQ = jiddependi fuq il-kwalifika tas-sistema
|
(23) |
Il-Formola 26 tal-EASA li tinsab fl-Appendiċi VI hija emendata kif ġej:
|
(24) |
L-Appendiċi VII huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi VII Rekwiżiti ta’ għarfien bażiku għal liċenzja għall-manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru tal-kategorija L Id-definizzjonijiet tal-livelli differenti ta’ għarfien meħtieġa f’dan l-Appendiċi huma l-istess bħal dawk stabbiliti fl-Appendiċi I, punt 1. 1. Modularizzazzjoni Il-moduli meħtieġa għal kull subkategorija/kategorija tal-liċenzja tal-inġenji tal-ajru għandhom ikunu f’konformità mal-matriċi li ġejja. Meta applikabbli, il-moduli tas-suġġett huma indikati b’“X”, filwaqt li “mhux applikabbli” tfisser li l-modulu tas-suġġett ma huwiex applikabbli u lanqas meħtieġ. Ir-rekwiżit ta’ għarfien bażiku għal-L5 għandu jkun l-istess bħal kwalunkwe subkategorija B1 (kif indikat fl-Appendiċi I) flimkien ma’ moduli oħra kif muri fil-matriċi.
MODULU 1L — GĦARFIEN BAŻIKU
MODULU 2L — FATTURI UMANI
MODULU 3L — LEĠIŻLAZZJONI TAL-AVJAZZJONI
MODULU 4L — STRUTTURA TAL-INJAM U/JEW TUBU TAL-METALL MIKSI BID-DRAPP
MODULU 5L — STRUTTURA KOMPOSTA
MODULU 6L — STRUTTURA METALLIKA
MODULU 7L — QAFAS TAL-INĠENJU TAL-AJRU — SISTEMI ĠENERALI, MEKKANIĊI U ELETTRIĊI
MODULU 8L — IMPJANT TAL-ENERĠIJA
MODULU 9L — BLALEN TAL-ARJA — BLALEN TAL-ARJA SĦUNA
MODULI 10L — BLALEN TAL-ARJA — BLALEN TAL-ARJA TAL-GASS (ĦIELSA/MARBUTA)
MODULI 11L — IĠFNA TAL-AJRU — IĠFNA TAL-AJRU TAL-ARJA SĦUNA/TAL-GASS
MODULU 12L — RADIO COM/ELT/TRANSPONDER/STRUMENTI
|
(25) |
L-Appendiċi VIII huwa emendat kif ġej:
|
(26) |
jiżdied l-Appendiċi IX li ġej: “Appendiċi IX Metodu ta’ valutazzjoni għat-taħriġ ibbażat fuq il-multimedia (MBT)
|
(*) L-esperjenza tista’ titnaqqas b’50 % iżda tkun tippermetti liċenzja b’limitazzjonijiet, jiġifieri liċenzja approvata bl-esklużjoni ta’ ‘kompiti kumplessi ta’ manutenzjoni previsti fl-Appendiċi VII tal-Anness I (il-Parti-M), tibdil standard previst fil-punt 21.A.90B tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, u tiswijiet standard previsti fil-punt 21.A.431B tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012’.
(*1) Huma meħtieġa biss is-suġġetti tal-propulsjoni applikabbli tal-Modulu 8L; dawn jiddependu fuq is-subkategorija B1 li l-applikant ġej minnha.
ANNESS II
L-ANNESS IV (il-Parti-147) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-werrej, il-punt 147.A.305 huwa sostitwit b’dan li ġej: “147.A.305 Evalwazzjoni tat-tip ta’ inġenju tal-ajru u l-valutazzjoni tal-kompitu”; |
(2) |
il-punt 147.A.100 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fil-punt 147.A.105, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
il-punt 147.A.115 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
fil-punt 147.A.120, jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
(6) |
fil-punt 147.A.135, jiżdied il-punt (d) li ġej:
|
(7) |
fil-punt 147.A.145, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(8) |
il-punt 147.A.200 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
il-punt 147.A.305 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(10) |
L-Appendiċi III huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS III
L-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa kkoreġut kif ġej:
(1) |
fil-punt M.A.302, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
il-punt M.A.502 huwa sostitwit b’dan li ġej: “M.A.502 Manutenzjoni tal-komponenti
|
ANNESS IV
Fil-punt ML.A.302 tal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(c) |
L-AMP:
|