This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0729
Commission Delegated Regulation (EU) 2018/729 of 26 February 2018 amending Regulation (EC) No 273/2004 of the European Parliament and of the Council and Council Regulation (EC) No 111/2005 as regards the inclusion of certain drug precursors in the list of scheduled substances (Text with EEA relevance. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/729 tas-26 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 rigward l-inklużjoni ta' ċerti prekursuri tad-droga fil-lista ta' sustanzi skedati (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/729 tas-26 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 rigward l-inklużjoni ta' ċerti prekursuri tad-droga fil-lista ta' sustanzi skedati (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/1062
ĠU L 123, 18.5.2018, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004R0273 | Żieda | anness I Test | 07/07/2018 | |
Modifies | 32005R0111 | Żieda | anness Test | 2018-07-0 |
18.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 123/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/729
tas-26 ta' Frar 2018
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 rigward l-inklużjoni ta' ċerti prekursuri tad-droga fil-lista ta' sustanzi skedati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jistabblixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 30a tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 fihom lista ta' sustanzi skedati li huma soġġetti għal għadd ta' miżuri ta' kontroll u ta' monitoraġġ armonizzati previsti f'dawn ir-Regolamenti. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjonijiet 60/12 u 60/13 tal-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi tan-Nazzjonijiet Uniti, li ttieħdu fis-sittin seduta tagħha fis-16 ta' Marzu 2017, l-4-anilino-N-fenetilpiperidina (ANPP) u l-N-fenetil-4-piperidon (NPP) inżiedu mat-Tabella I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċtu tad-Drogi Narkotiċi u s-Sustanzi Psikotropiċi tad-19 ta' Diċembru 1988 (3) (“il-Konvenzjoni tan-NU tal-1988”). |
(3) |
L-għan tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 huwa li jiġi implimentat l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988 fl-Unjoni. Għaldaqstant, l-ANPP u l-NPP għandhom jinżiedu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005. |
(4) |
Is-sustanzi skedati elenkati f'dawk l-Annessi huma maqsuma f'kategoriji li għalihom japplikaw miżuri differenti, biex jintlaħaq bilanċ proporzjonat bejn il-livell ta' riskju ppreżentat minn kull sustanza speċifika u l-piż fuq il-kummerċ leċitu. Għas-sustanzi fil-Kategorija 1 japplikaw il-kontrolli u l-miżuri ta' monitoraġġ l-iżjed stretti. Pereżempju, is-sustanzi fil-Kategorija 1 iridu jinħażnu f'bini sikur u kull operatur li jaħdem b'dawn is-sustanzi għandu bżonn liċenzja. |
(5) |
L-ANPP huwa prekursur immedjat tal-fentanil u tal-aċetil fentanil. L-NPP jista' jintuża bħala materjal prim għall-ANPP, li sossegwentement jista' jiġi ssintetizzat f'fentanil, jew jista' jkun prekursur dirett għal għadd ta' analogi tal-fentanil. Fi kliem ieħor, iż-żewġ sustanzi t-tnejn jistgħu jiġu ttrasformati f'fentanil jew f'analogi tal-fentanil. |
(6) |
L-użu ħażin u l-abbuż tal-fentanil u tal-analogi tal-fentanil qegħdin jikkawżaw problemi soċjali u tas-saħħa pubblika serji (b'mod partikolari mwiet minn dożi eċċessivi) f'xi reġjuni tal-Unjoni. Hemm indikazzjonijiet li fl-Unjoni qiegħda ssir il-manifattura illegali sostanzjali ta' fentanil ibbażata fuq l-ANPP u l-NPP. Biex tiġi indirizzata din il-problema, jeħtieġ li jiġu introdotti l-kontrolli fuq l-importazzjoni tal-ANPP u l-NPP. |
(7) |
Fl-Unjoni jeżistu biss il-produzzjoni, in-negozju u l-użu tal-ANPP u tal-NPP limitati. Għaldaqstant, l-iskedar ta' dawn is-sustanzi fil-Kategorija 1 ikun jeħtieġ biss piż żejjed amministrattiv limitat għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-konsultazzjoni mal-operaturi ekonomiċi u mal-Istati Membri wriet li hemm preferenza ċara li dawn iż-żewġ sustanzi t-tnejn li huma jiġu elenkati fil-Kategorija 1 fir-Regolamenti. |
(8) |
Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet fil-premessi 5, 6, u 7, jenħtieġ li l-ANPP u l-NPP jiġu skedati bħala sustanzi tal-Kategorija 1 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005. |
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 273/2004 u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 jiġu emendati skont dan. |
(10) |
Billi jeżistu xi ftit produzzjoni, negozju u użu legali tal-ANPP u tal-NPP fl-Unjoni, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kompetenti jingħataw biżżejjed ħin biex jaddattaw ruħhom għall-emendi li qegħdin isiru permezz ta' dan ir-Regolament. |
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 jimplimentaw b'mod konġunt ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988. Fid-dawl tar-rabta materjali mill-qrib bejn dawn iż-żewġ Regolamenti, huwa ġġustifikat li l-emendi jiġu adottati permezz ta' att delegat wieħed, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 273/2004
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, fit-tabella tas-sustanzi skedati fil-Kategorija 1 jiddaħħlu l-entrati li ġejjin fil-post xieraq fil-lista ta' sustanzi skont is-sekwenza tal-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda:
Sustanza |
Deżinjazzjoni NM (jekk hi differenti) |
Kodiċi NM |
Nru tal-CAS |
“4-anilino-N-fenetilpiperidina (ANPP) |
|
2933 39 99 |
21409-26-7 |
N-fenetil-4-piperidon (NPP) |
|
2933 39 99 |
39742-60-4”. |
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 111/2005
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, fit-tabella tas-sustanzi skedati fil-Kategorija 1 jiddaħħlu l-entrati li ġejjin fil-post xieraq fil-lista ta' sustanzi skont is-sekwenza tal-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda:
Sustanza |
Deżinjazzjoni NM (jekk hi differenti) |
Kodiċi NM |
Nru tal-CAS |
“4-anilino-N-fenetilpiperidina (ANPP) |
|
2933 39 99 |
21409-26-7 |
N-fenetil-4-piperidon (NPP) |
|
2933 39 99 |
39742-60-4”. |
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-7 ta' Lulju 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(3) ĠU L 326, 24.11.1990, p. 57.