This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0381
Council Implementing Regulation (EU) No 381/2014 of 14 April 2014 implementing Regulation (EU) No 208/2014 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Ukraine
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014 tal-14 ta' April 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina

ĠU L 111, 15.4.2014, p. 33–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R0208 | Emenda | anness I | 15/04/2014 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014R0381R(01) | (EL, ES, FI, PL, HR) |
15.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/33 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 381/2014
tal-14 ta' April 2014
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014. |
(2) |
Għandhom jiġu inklużi persuni addizzjonali fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014. |
(3) |
Barra minn hekk, l-informazzjoni ta' identifikazzjoni għal tliet persuni elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 għandha tiġi emendata. |
(4) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014.
Artikolu 2
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS I
Persuni msemmija fl-Artikolu 1.
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
19. |
Serhiy Arbuzov |
Imwieled fl-24 ta' Marzu 1976, ex-Prim Ministru tal-Ukraina. |
Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
15.4.2014 |
20. |
Yuriy Ivanyushchenko |
Imwieled fil-21 ta' Frar 1959, Membru Parlamentari tal-Partit tar-Reġjuni. |
Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
15.4.2014 |
21. |
Oleksandr Klymenko |
Imwieled fis-16 ta' Novembru 1980, ex-Ministru tad-Dħul u l-Ħlasijiet. |
Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
15.4.2014 |
22. |
Edward Stavytskyi |
Imwieled fl-4 ta' Ottubru 1972, ex-Ministru tal-Karburanti u l-Enerġija tal-Ukraina. |
Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
15.4.2014 |
ANNESS II
L-entrati għall-persuni li ġejjin elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huma sostitwiti mill-entrati ta' hawn taħt:
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
9. |
Oleksandr Viktorovych Yanukovych |
Imwieled fl-10 ta' Lulju 1973, iben l-ex-President, negozjant. |
Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina dwar involviment f'reati b'rabta mal-approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
12. |
Serhii Petrovych Kliuiev |
Imwieled fid 19 ta' Awwissu 1969, ħu s-Sur Andrei Kliuiev, negozjant. |
Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina dwar involviment f'reati b'rabta mal-approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
14. |
Oleksii Mykolayovych Azarov |
Imwieled fit-13 ta' Lulju 1971, iben l-ex-Prim Ministru Azarov. |