This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0035
Directive 2003/35/EC of the European Parliament and of the Council of 26 May 2003 providing for public participation in respect of the drawing up of certain plans and programmes relating to the environment and amending with regard to public participation and access to justice Council Directives 85/337/EEC and 96/61/EC - Statement by the Commission
Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja
Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja
ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17–25
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 31/12/2016
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31985L0337 | Emenda | artikolu 9.1 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31985L0337 | Sostituzzjoni | artikolu 9.2 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31985L0337 | Sostituzzjoni | artikolu 7.1 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31985L0337 | Tlestija | artikolu 1.2 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31985L0337 | Emenda | anness 1 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31985L0337 | Żieda | artikolu 10 BI | 25/06/2003 | |
Modifies | 31985L0337 | Sostituzzjoni | artikolu 6.2 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31985L0337 | Sostituzzjoni | artikolu 7.5 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31985L0337 | Emenda | anness 2 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31985L0337 | Sostituzzjoni | artikolu 6.3 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31985L0337 | Emenda | artikolu 2.3 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31985L0337 | Sostituzzjoni | artikolu 7.2 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31985L0337 | Sostituzzjoni | artikolu 1.4 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31996L0060 | Żieda | artikolu 2 PT 14 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31996L0061 | Emenda | artikolu 2 PT 10 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31996L0061 | Żieda | artikolu 17.4 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31996L0061 | Żieda | artikolu 15 BI | 25/06/2003 | |
Modifies | 31996L0061 | Żieda | artikolu 17.3 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31996L0061 | Sostituzzjoni | artikolu 15.1 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31996L0061 | Emenda | anness 5 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31996L0061 | Sostituzzjoni | artikolu 17.1 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31996L0061 | Żieda | artikolu 15.5 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31996L0061 | Tlestija | artikolu 2 PT 10 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31996L0061 | Żieda | artikolu 2 PT 13 | 25/06/2003 | |
Modifies | 31996L0061 | Emenda | artikolu 6.1 | 25/06/2003 | |
52002PC0586 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32003L0035R(01) | (BG) | |||
Corrected by | 32003L0035R(02) | (PL) | |||
Modified by | 32008L0001 | Revoka parzjali | anness II | ||
Modified by | 32008L0001 | Revoka parzjali | artikolu 4 | ||
Modified by | 32011L0092 | Revoka parzjali | |||
Modified by | 32016L2284 | Żieda | anness I punt (g) | 31/12/2016 |
Official Journal L 156 , 25/06/2003 P. 0017 - 0025
Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3], Filwaqt li aġixxew skond il-poċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fil-15 ta’ Jannar 2003, Billi: (1) Il-leġislazzjoni Komunitarja fil-kamp ta’ l-ambjent timmira li tikkontribwixxi għalbiex tippriserva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità ta’ l-ambjent u tipproteġi s-saħħa pubblika. (2) Il-leġislazzjoni ambjentali Komunitarja tikludi disposizzjonijiet lill-awtoritajiet pubbliċi u lil korpi oħra sabiex jieħdu deċiżjonijiet li jista’ jkollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent kif ukoll dwar is-saħħa u l-ġid personali. (3) Il-parteċipazzjoni pubblika effettiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet tgħin lill-pubbliku li jesprimi, u lil min jagħmel id-deċiżjoni li jqis, l-opinjonijiet u t-tħassib li jistgħu jkunu rilevanti għal dawn id-deċiżjonijiet, biex b’hekk jiżdiedu l-kontabbiltà u t-trasparenza tal-proċess tal-għemil tad-deċiżjonijiet u jikkontribwixxu għall-konoxxenza tal-kwistjonijiet ambjentali u l-appoġġ għa-deċiżjonijiet meħuda. (4) Il-parteċipazzjoni, inkluża l-parteċipazzjoni mill-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-gruppi, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippomwovu l-protezzjoni ambjentali, għandha għalhekk tiġi inkoraġġita, inkluża, fost ħwejjeġ oħra, l-edukazzjoni tal-pubbliku li tippromwovi l-ambjent. (5) Fil-25 ta’ Ġunju 1998 il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni tan-NU/ECE dwar l-Aċċess għat-Tagħrif, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Tiswir tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f’Materji Ambjentali ("il-Konvenzjoni ta’ Aarhus"). Il-liġijiet Komunitarji għandhom ikunu allineati kif jixraq mal-Konvenzjoni bil-ħsieb tar-ratifika tagħha mill-Komunità. (6) Fost il-miri tal-Konvenzjoni ta’ Århus hemm ix-xewqa li jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-parteċipazzjoni pubblika fit-tfassil tad-deċiżjonijiet f’materji ambjentali sabiex jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-dritt għall-għixien f’ambjent li huwa adegwat għas-saħħa u l-ġid personali. (7) L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Århus jipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fid-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet speċifiċi elenkati fl-Anness I ta’ magħha u dwar l-attivitajiet mhux elenkati hekk li jista’ jkolljom effett sinifikani fuq l-ambjent. (8) L-Artikolu 7 tal Konvenzjoni ta’ Århus jipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fejn jirrigwardaw il-pjani u l-programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent. (9) L-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Århus jipprovdi aċċess għall-proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri oħra sabiex jisfidaw il-legalità sostaniva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku ta’ l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni. (10) Għandha ssir disposizzjoni rigward ċerti Direttivi fil-qasam ta’ l-ambjent li teħtieġ lill-Istati Membri li jipproduċu pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent imma li ma jkunx fihom disposizzjonijiet biżżejjed dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-pubbliku konsistenti mad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Århus, b’mod parikolari l-Artikolu 7 tagħha. Il-leġislazzjoni l-oħra rilevanti Komunitarja diġà tipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tħejjija tal-pjani u tal-programmi u, għall-ġejjieni, il-ħtiġiet tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku f’linja mal-Konvenzjoni ta’ Århus iridu jiġu inkorporati fil-leġislazzjoni rilevanti mill-bidu. (11) Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent [5], u d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 li tirrigwarda l-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż [6] għandom jiġu emendati sabiex jiġi żgurat li huma kompatibbli fis-sħiħ mal-konvenzjoni ta’ Århus, b’mod partikolari l-Artikolu 6 u l-Artikolu 9(2) u (4) tagħha. (12) Ġaladarba l-mira ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri għalbiex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi li jinħolqu mill-Konvenzjoni ta’ Århus, ma tistax tinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk tista’, għar-raġuni ta’ l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, tinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx iktar ’il bogħod minn dak li hu meħtieġ sabiex tikseb din in-mira, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 Il-mira Il-mira ta’ din id-Direttiva hija li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni ta’ Århus, b’mod partikolari billi: (a) tipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent; (b) ittejjeb il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u tipprovdi disposizzjonijiet dwar l-aċċess għall-ġustizzja ġewwa d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE. Artikolu 2 Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fejn jirridgwarda l-pjani u l-programmi 1. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, "il-pubbliku" għandu jfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pubbliku jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fit-tħejjija u l-modifika jew ir-rivista tal-pjani jew tal-programmi meħtieġa li jitfasslu skond id-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness I. Għal dan il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi: (a) il-pubbliku jiġi mgħarraf, jew b’avviżi pubbliċi jew b’mezzi oħra approprjati bħalma huma l-medja elettronika meta disponibbli, dwar kull proposta għal dawn il-pjani jew programmi jew għall-modifika jew ir-rivista u li t-tagħrif rilevanti dwar dawn il-proposti jiġi magħmul disponibbli lill-pubbliku inkluż fost ħwejjeġ oħra t-tagħrif dwar id-dritt tal-parteċipazzjoni fit-tfassil tad-deċiżjonijiet u dwar l-awtorità kompetenti li lilha jistgħu jiġu ssottomessi kummenti jew mistoqsijiet; (b) il-pubbliku huwa initolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa qabel ma jsiru d-deċiżjonijiet dwar il-pjani jew il-programmi; (ċ) fit-tfassil ta’ dawn id-deċiżjonijiet, għandu jingħata qies mistħoqq lir-riżultati tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku; (d) wara li jiġu eżaminati l-kummenti u l-opinonijiet espressi mill-pubbliku, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel sforzi raġjonevoli sabiex tgħarraf lill-pubbliku bid-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom ikunu msejsa dawn id-deċiżjonijiet, inkluż tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku. 3. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-pubbliku intitolat li jipparteċipa għall-għanijiet tal-paragrafu 2, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti li jiltaqgħu ma’ ħtiġiet imposti skond il-liġijiet nazzjonali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent, L-arranġamenti ddettaljati għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku skond dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri hekk illi jgħinu lill-pubbliku jħejji ruħu u jipparteċipa b’mod effettiv. Għandhom jiġu pprovvduti kwadri taż-żmien raġjonevoli li jippermettu żmien biżżejjed għal kull wieħed mill-istadji differenti tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku meħtieġa minn dan l-Artikolu. 4. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-pjani u l-programmi ddisinjati bil-għan waħdieni li jaqdu d-difiża nazzjonali jew meħuda fil-każ ta’ emerġenzi ċivili. 5. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-pjani u l-programmi ddikjarati fl-Anness I li għalihom il-proċedura ta’ parteċipazzjoni mill-pubbliku titwettaq taħt id-Direttiva2002/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjani u programmi dwar l-ambjent [7] jew taħt id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-kamp tal-politika dwar l-ilma [8]. Artikolu 3 L-emenda għad-Direttiva 85/337/KEE Id-Direttiva 85/337/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 2 għandhom jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin: ""il-pubbliku" : ifisser: persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom; "il-pubbliku interessat" : ifisser: il-pubbliku affettwat jew x’altarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) jew li għandu interess fihom; għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent u jissodisfaw kull ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;" 2. fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq il-bażi ta’ każ b’każ jekk hekk ipprovvdut taħt il-liġijiet nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti li jaqdu l-għanijiet tad-difiża nazzjonali, jekk jidhrilhom li din l-applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawn il-għanijiet."; 3. fl- l-Artikolu 2(3), il- punti (a) u (b) għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej: "(a) jikkunsidraw jekk għamla oħra ta’ stima tkunx approprjata; (b) jagħmlu disponibbli għall-pubbliku interessat it-tagħrif miksub taħt għamla jew oħra ta’ l-istima riferita fil-punt (a), it-tagħrif li jkollu x’jaqsam mad-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni u r-raġunijiet għaliex tkun ġiet mogħti."; 4. fl-Artikolu 6, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu mibdula bil-paragrafi li ġejjin: "2. Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf, jew b’avviżi pubbliċi jew b’mezzi oħra approprjati bħalma hija l-medja elettronika meta disponibbli, dwar il-materji li ġejjin kmieni fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) u, l-iktar tard, hekk kif it-tagħrif ikun jista’ jiġi pprovvdut b’mod raġjonevoli: (a) fuq it-talba għall-kunsens dwar l-iżvilupp; (b) il-fatt illi l-proġett huwa bla ħsara għal proċedura ta’ l-istima ta’ l-impatt ambjentali u, meta rilevanti, il-fatt li japplika l-Artikolu 7; (ċ) id-dettalji ta’ l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet, dawk li minnhom jista’ jinkiseb tagħrif rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu ssottomessi kummenti jew mistioqsijiet, u d-dettalji dwar l-iskeda taż-żmien għat-trasmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet; (d) in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni; (e) indikazzjoni tad-disponibbiltà tat-tagħrif miġbur skond l-Artikolu 5; (f) indikazzjoni dwar iż-żmenijiet jew il-posijiet meta u li permezz tagħhom it-tagħrif irid jiġi magħmul disponibbli; (g) id-dettalji ta’ l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku magħmula skond il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fi kwadri raġjonevoli taż-żmien, dan li ġej għandu jintgħamel disponibbli lill-pubbliku interesat: (a) kull tagħrif miġbur skond l-Artikolu 5; (b) skond il-leġislazzjoni nazzjonali, ir-rapporti prinċipali u l-pariri mogħtija lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta jiġi mgħarraf il-pubbliku interessat skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; (ċ) skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2002/4/KE tal-Parlamewnt Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent [9], it-tagħrif għajr dak riferit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skond l-Artikolu 8 u li jintgħamel disponibbli biss wara ż-żmien li l-pubbliku interessat ikun ġie mgħarraf skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 4. Il-pubbliku interessat għandu jingħata opportunitajiet minn kmienu u effettivi għalbiex jipparteċipa fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet riferiti fl-Artikolu 2(2) u għandu, għal dan il-għan, ikun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti qabel tittieħed id-deċiżjoni dwar it-talba għall-kunsens fl-iżvilupp. 5. L-arranġamenti ddettaljati sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf (per eżempju bit-twaħħil tal-kartelluni f’ċertu raġġ jew bil-pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali) u sabiex il-pubbliku interessat jiġi kkonsultat (per eżempju b’sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta’ inkjesta pubblika) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 6. Għandhom jiġu pprovvduti kwdari raġjonevoli taż-żmien għall-fażijiet differenti, billi jiġi permess żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf u sabiex il-pubbliku interessat iħejji ruħu u jipparteċipa b’mod effettiv fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu." 5. L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej: "1. Meta Stat Membru isir ikun jaf illi proġett x’aktarx li jkun sejjer ikollu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew meta Stat Membru li x’aktarx ikun sejjer jiġi affettwat sinifikatament jitlob hekk, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu jibgħat lill-Istat Membru affettwat malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn meta jgħarraf lill-pubbliku tiegħu, fost ħwejjeġ oħra, bi: (a) deskrizjoni tal-proġett, flimkien ma’ kull tagħrif disponibbli dwar l-impatt possibbli tiegħu meta dan jaqsam il-fruntieri; (b) tagħrif dwar in-natura tad-deċiżjoni li tista’ tittieħed, u għandu jagħti lill-Istat Membru l-ieħor żmien raġjonevoli għalbiex jindika jekk jixtieqx jieħu sehem fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2), u jista’ jinkludi t-tagħrif riferit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 2. Jekk Stat Membru li jirċievi t-tagħrif skond il-paragrafu 1 jindika illi jkun beħsiebu jieħu sehem fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2), l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu, jekk ma jkunx diġà għamel hekk, jibgħat lill-Istat Membru affettwat it-tagħrif meħtieġ skond l-Artikolu 6(20 u li jagħmel disponibbli skond l-Artikolu 6(3)(a) u (b)." (b) il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "5. L-arranġamenti ddettaljati sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu jistgħu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri interessati u għandhom ikunu hekk li jgħinu lill-pubbiku interessat fit-territorju ta’ l-Istat membru affettwat li jipparteċipa b’mod effettiv fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet riferiti fl-Artikolu 2(2) għall-proġett." 6. L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. Meta tittieħed deċiżjoni sabiex jiġu konċessi jew irrifjutati kunsens/approvazzjoni għall-iżvilupp, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-pubbliku bihom skond il-proċeduri xierqa u għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku t-tagħrif li ġej: - il-kontenut tad-deċiżjoni u kull kondizzjoni mehmuża magħha, - wara li jkunu eżaminaw it-tħassib u l-opinjonijiet espressi mill-publiku interesst, ir-raġunijiet ewliena u l-konsiderazzjonijiet lifuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni, inkluż it-tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku, - deskrizzjoni, fejn meħtieġa, tal-miżuri ewliena sabiex jiġu evitati, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti negattivi maġġuri." (b) il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lil kull Stat Membru li jkun ġie kkonsultat skond l-Artikolu 7, billi jibagħtulu t-tagħrif riferit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri kkonsultati għandhom jiżguraw illi dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli f’manjiera approprjata lill-pubbliku interessat fit-territorju tagħhom."; 7. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "L-Artikolu 10a L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessat: (a) li jkollhom interess biżżejjed, jew alternattivament, (b) li jżommu l-indebboliment ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala pre-kondizzjoni, ikollhom aċċess għal rivista quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi għalbiex jisfida l-legalità sostanzjali jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu rrikużati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet. Dak li jikkostiwixxi interess suffiċjenti u l-indebboliment ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-mira li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fl-Artikolu 1(2) għandu jitqies biżżejjed għall-għan tas-subparagrafi (a) ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-orgnizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet kapaċi li jiġu indebboliti għall-għan tas-subparagrafu (b) ta’ dan l-Artikolu. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rivista preliminari quddiem awtorità amminisrattiva u ma għandhomx jaffettwaw il-ħtieġa ta’ l-eżawriment tal-proċeduri tar-rivista amministrattiva qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-rivista ġudizzjarja, meta teżisti din il-ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali. Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, retta, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva. Sabiex iżidu l-efettività tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jintgħamel tagħif prattiku disponibbli lill-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduiri amministrativi u ġudizzjarji tar-rivista."; 8. fl-Anness I, għandu jiżdied l-punt li ġej: "22. Kull bidla jew estensjoni tal-proġetti elenkati f’dan l-Anness meta din il-bidla jew estensjoni fihom infushom jilħqu l-għetiebi, jekk ikun hemm minnhom, iddikjarati f’dan l-Anness."; 9. fl-Anness II, Nru 13, l-ewwel inċiż, għandu jiżdied dan li ġej fit-tarf: "(bidla jew estensjoni mhux inklużi fl-Anness I)". Artikolu 4 L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE Id-Direttiva 96/61/KE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-paragrafu 10(b): "Għall-għanijiet ta’ din id-definizzjoni, kull bidla jew estensjoni ta’ ħidma għandhom jitqiesu li jkunu sostanzjali jekk il-bidla jew l-estensjoni fihom infushom jissodisfaw l-għetiebi, jekk ikun hemm minnhom, iddikjarati fl-Annes I."; (b) għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin: "13. "il-pubbliku" għandu jfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom; 14. "il-pubbliku interessat" għandu jfisser il-pubbliku affettwat jew x’aktarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) jew li għandu interess fihom; għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent u jissodisfaw kull ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;" 2. fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) għandu jiżdied l-inċiż li ġej: "- l-alternattivi prinċipali, jekk ikun hemm minnhom, studjati f’deskrizzjoni fil-qosor mill-applikant." 3. l-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pubbliku interessat jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fil-proċedura għal: - il-ħruġ ta’ permess għal stallazzjonijiet ġodda, - il-ħruġ ta’ permess għal kull bidla sostanzjali fil-ħidma ta’ stallazzjoni, - l-aġġornament ta’ permess jew il-kondizzjonijiet ta’ permess għal istallazzjoni skond l-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 13. Il-proċedura ddikjarata fl-Anness V għanha tapplika għall-għanijiet ta’ din il-parteċipazzjoni."; (b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "5. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-pubbliku skond il-proċeduri approprjati u għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku t-tagħrif li ġej: (a) il-kontenut tad-deċiżjoni, inkluża kopja tal-permess u ta’ kull kondizzjoni u ta’ kull aġġornament sossegwenti; u (b) wara li tkunu eżaminat it-tħassib u l-opinjonijiet espressi mill-publiku interessat, ir-raġunijiet ewliena u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni, inkluż it-tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku."; 4. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "L-Artikolu 13a L-aċċess għall-ġustizzja L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessat: (a) li jkollu interess biżżejjed, jew alternattivament, (b) li jżomm l-indebboliment ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala pre-kondizzjoni; ikollhom aċċess għal rivista quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi għalbiex jisfida l-legalità sostanzjali jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu rrikużati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet. Dak li jikkostiwixxi interess suffiċjenti u l-indebboliment ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-mira li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fl-Artikolu 2(14) għandu jitqies biżżejjed għall-għan tas-subparagrafu (a) ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet kapaċi li jiġu indebboliti għall-għan tas-subparagrafu (b) ta’ dan l-Artikolu. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rivista preliminari quddiem awtorità amminisrattiva u ma għandhomx jaffettwaw il-ħtieġa ta’ l-eżawriment tal-proċeduri tar-rivista amministrattiva qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-rivista ġudizzjarja, meta teżisti din il-ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali. Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, retta, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva. Sabiex iżidu l-efettività tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi tagħrif prattiku jintgħamel disponibbli lill-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduri amministrativi u ġudizzjarji tar-rivista."; 5. l-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. Meta Stat Membru jkun konxju illi l-ħidma ta’ stallazzjoni x’aktarx li jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent ta’ Stat Membru ieħor, jew meta Stat Membru li x’aktarx li jiġi affettwat b’mod sinifikanti hekk jitlob, l-Istat Membru li fit-territordju tiegħu kienet issottomessa l-applikazzjoni għal permess skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 12(2) għandu jibgħat lill-Istat Membru l-ieħor kull tagħrif meħtieġ li jrid jingħata jew magħmul disponibbli skond l-Anness V fl-istess waqt li jagħmlu disponibbli liċ-ċittadini tiegħu. Dan it-tagħrif għandu jservi bħala bażi għal kull konsultazzjoni meħtieġa fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ Stati Membri fuq bażi reċiproku u ekwivalenti." (b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "3. Iridu jitqiesu r-riżultati ta’ kull konsultazzjoni skond il-paragrafi 1 u 2 meta l-awtorità kompetenti tasal għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni. 4. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lil kull Stat Membru, li jkun ġie kkonsultat skond il-paragrafu 1, bid-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni u għandha tibgħatlu t-tagħrif riferit fl-Artikolu 15(5). Dan l-Istat Membui għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli f’manjiera approprjata lill-pubbliku interessat fit-territorju tiegħu nnifsu."; 6. għandu jiżdied l-Anness V, kif iddikjarat fl-Anness II ma’ din id-Direttiva. Artikolu 5 Ir-Rappurtaġġ u r-rivista Sal-15 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni u l-effikaċja ta’ din id-Direttiva. Bil-ħsieb li jżid il-ħtiġiet ta’ l-integrazzjoni tal-protezzjoni ambjentali, skond l-Artikolu 6 tat-Trattat, u filwaqt li jqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposti sabiex tiġi emendata din id-Direttiva, jekk approprjat. B’mod partikolari, il-Kummissjoni trid tikkunsidra l-possibbiltà li jiġi estiż l-iskop ta’ din id-Direttiva għall-pjani u l-programmi l-oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent. Artikolu 6 L-implimentazzjoni L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-25 ta’ Ġunju 2005. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Artikolu 7 Id-dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 8 Id-destinatarji Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Mejju 2003. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President G. Drys [1] ĠU C 154 E, tad-29.5.2001, p. 123. [2] ĠU C 221, tas-7.8.2001, p. 65 [3] ĠU C 357, ta’ l-14.12.2001, p. 58. [4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2001 (ĠU C 112, tad-9.5.2002, p. 125), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2002 (ĠU C 170 E, tas-16.7.2002, p. 22) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Settembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Jannar 1998 u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Marzu 2003. [5] ĠU L 175, tal-5.7.1985, p. 40. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE (ĠU L 73, ta’ l-14.3.1997, p. 5). [6] ĠU L 257, tal-10.10.1996, p. 26. [7] ĠU L 197, tal-21.07.01, p. 30. [8] ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, tal-15.12.2001, p. 1). [9] ĠU L 41, ta’ l-14.2.2003, p. 26. -------------------------------------------------- ANNESS I ID-DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-PJANI U L-PROGRAMMI RIFERITI FL-ARTIKOLU 2 (a) L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulhu 1975 dwar l-iskart [1]. (b) L-Artikolu 6 tad-Diretiva tl-Kunill 91/157/KEE tat-18 ta' Marzu 1991 dwar il-batteriji u l-akkumulaturi li jkun fihom ċerti sustanzi perikolużi [2] (ċ) L-Artikolu 5(1) tad-Direttuiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 li tirrigwarda l-protezzjoni ta' l-ilmijiet mit-tniġġiż ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli [3]. (d) L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar l-iskart perikoluż [4]. (e) L-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar il-pakkeġġjar u l-iskart mill-pakkeġġjar [5]. (f) L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-ġestjoni tal-kwalità ta' l-arja ta' mad-dwar [6]. [1] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE (ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32). [2] ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 38. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/101/KE (ĠU L 1, tal-5.1.1999, p. 1). [3] ĠU L 375, tal-31.12.1991 p.1. [4] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p.20. Direttiva kifd l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/31/KE (ĠU L 168, tat-2.7.1994, p.28) [5] ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 10. [6] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 55. -------------------------------------------------- ANNESS II Fid-Direttiva 96/61/KE, għandu jiżdied l-Anness li ġej: L-ANNESS Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil tad-deċiżjonijiet 1. Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf (b'avviżi pubbliċi jew b'mezzi oħra approprjati bħalma hija l-medja elettronika meta disponibbli) dwar il-materji li ġejjin kmieni fil-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet jew, l-iktar tard hekk kif dan it-tagħrif ikun jista' jiġi pprovvdut b'mod raġjonevoli: (a) l-applikazzjoni għal permess jew, skond kif ikun il-każ, il-proposta għall-aġġornament ta' permess jew tal-kondizzjonijiet ta' permes skond l-Arikolu 1(1), inkluża d-deskrizzjoni ta' l-elementi elenkati fl-Artikolu 6(1); (b) meta japplika, il-fatt illi deċiżjoni hija bla ħsara għal stima ta' l-impatt ambjentali nazzjonali jew li jaqsam il-fruntieri jew għal konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri skond l-Artikolu 17; (ċ) id-dettalji ta' l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet, dawk li minnhom jista' jinkiseb tagħrif rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu ssottomessi kummenti jew mistoqsijiet, u d-dettalji dwar l-iskeda taż-żmien għat-trasmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet; (d) in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni; (e) meta japplikaw, id-dettalji li għandhom x'jaqsmu ma' proposta sabiex jiġu aġġornati permess jew il-kondizzjonijiet ta' permess; (f) indikazzjoni dwar iż-żmenijiet jew il-postijiet meta, u li permezz tagħhom. it-tagħrif irid jiġi magħmul disponibbli; (g) id-dettalji ta' l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-pubbliku magħmula skond il-punt 5. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fi kwadri approprjati taż-żmien, dan li jintgħamel disponibbli lill-pubbliku interesat: (a) skond il-leġislazzjoni nazzjonali, ir-rapporti prinċipali u l-pariri maħruġa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta l-pubbliku interessat jiġi mgħarraf skond il-punt 1; (b) skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent [1], it-tagħrif għajr dak riferit fil-punt 1 li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skond l-Artikolu 8 u li jintgħamel disponibbli biss wara ż-żmien li l-pubbliku interessat ikun ġie mgħarraf skond il-punt 1. 3. Il-pubbliku interessat għandu jkun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet lill-awtorità kompetenti qabel ma tittieħed deċiżjoni. 4. Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet miżmuma skond dan l-Anness iridu jitqiesu kif mistħoqq fit-teħid ta' deċiżjoni. 5. L-arranġamenti ddettaljati sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf (per eżempju bit-twaħħil tal-kartelluni f'ċertu raġġ jew bil-pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali) u sabiex il-pubbliku interessat jiġi kkonsultat (per eżempju b'sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta' inkjesta pubblika) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Għandhom jiġu pprovvduti kwadri raġjonevoli taż-żmien għall-fażijiet differenti, billi jiġi permess żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku u l-pubbliku interessat jiġu mgħarrfa sabiex iħejju ruħhom u jipparteċipaw b'mod effettiv fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness. [1] ĠU L 41, ta' l-14.2.2003, p. 26. --------------------------------------------------