Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-prevenzjoni tal-abbuż tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u t-terroriżmu (sal-2027.)

Il-prevenzjoni tal-abbuż tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u t-terroriżmu (sal-2027.)

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva (UE) 2015/849 — il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Direttiva (UE) 2015/849 (ir-4 Direttiva Kontra l-Ħasil tal-flus, 4AMLD) għandha l-għan li tiġġieled il-ħasil tal-flus* u l-finanzjament tat-terroriżmu* billi tipprevjeni l-użu ħażin tas-suq finanzjarju għal dawn il-finijiet.
  • Din tissosstitwixxi d-Direttiva ta’ qabel 2005/60/KE (it-3 Direttiva kontra l-Ħasil tal-flus, 3AMLD) li daħlet fis-seħħ fl-2007.
  • L-iskop tagħha hu li tneħħi ambigwitajiet fid-direttiva ta’ qabel u leġiżlazzjoni assoċjata, u li ttejjeb il-konsistenza tar-regoli dwar il-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea (UE).
  • Id-direttiva tqis ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar Azzjoni Finanzjarja mill-2012, li kienu riveduti fl-2023.
  • Biex jirrifletti r-rakkomandazzjonijiet aġġornati, ir-Regolament emendatorju (UE) 2023/1113 jintroduċi kategoriji addizzjonali ta’ fornituri tas-servizzi ta’ assi virtwali li qabel ma kinux koperti mid-direttiva, u li huma definiti fir-Regolament (UE) 2023/1114 is-swieq fir-regolament dwar kriptoassi (ara s-sommarju). Regolament emendatorju (UE) 2023/1113 ukoll jistabbilixxi regoli biex jiżgura li fornituri* tas-servizzi tal-kriptoassi* jkunu jistgħu jnaqqsu b’mod xieraq ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li huma esposti għalihom.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tapplika għal:

  • l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;
  • l-istituzzjonijiet finanzjarji;
  • in-negozji u professjonijiet mhux finanzjarji nnominati, bħal:
    • awdituri,
    • kontabilisti esterni,
    • konsulenti fiskali,
    • nutara u avukati, f’ċerti ċirkostanzi,
    • l-aġenti tal-proprjetà immobbli, meta jaġixxu bħala intermedjarji fil-kiri ta’ proprjetà immobbli li l-kirja fix-xahar taqbeż €10,000,
    • kummerċjanti f’oġġetti (pereżempju metalli prezzjużi u ħaġar, meta pagamenti ta’ €10,000 jew aktar jsiru fi flus kontanti).
    • negozjanti tal-arti, fejn il-valur ta’ tranżazzjoni hu ta’ €10,000 jew aktar,
    • fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard.

Id-direttiva:

  • issaħħaħ ir-regoli li jikkonċernaw it-trasparenza fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ klijenti — b’mod speċjali sidien benefiċjarji* ta’ kumpaniji jew arranġamenti legali (trusts);
  • tirrekjedi informazzjoni dwar sjieda benefiċjarja għal kumpaniji li jinżammu f’kull Stat Membru f’reġistru ċentrali, bħar-reġistru kummerċjali, reġistru ta’ kumpaniji jew reġistru pubbliku.
  • ittejjeb l-għarfien ta’ u s-sensittività għal debolezzi tal-ħasil tal-flus /iffinanzjar tat-terroriżmu — flimkien ma’ valutazzjonijiet tar-riskju li jridu jsiru mill-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea wkoll tagħmel valutazzjonijiet tar-riskji tal-ħasil tal-flus/iffinanzjar tat-terroriżmu li jaffettwaw is-suq intern u li huma relatati ma’ attivitajiet transfruntiera (l-ewwel rapport kien maħruġ f’Ġunju 2017).
  • tissettja politika Ewropea kkoordinata biex titratta ma’ pajjiżi mhux tal-UE (pajjiżi terzi) li għandhom reġimi ineffiċjenti tal-ħasil tal-flus/iffinanzjar tat-terroriżmu AML/CTF, biex jipproteġu s-sistema finanzjarja tal-UE — L-ewwel lista tal-UE ta’ “pajjiżi terzi b’riskju għoli” kienet addottata b’att delegat tal-Kummissjoni f’Lulju 2016 u l-lista minn dak iż-żmien ġiet emendata bosta drabi;
  • issaħħaħ u jttejjeb il-kooperazzjoni bejn unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja (FIUs), li huma fost l-atturi prinċipali fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus/iffinanzjar tat-terroriżmu — Skambju sistematiku ta’ informazzjoni bejn FIUs għandu jsir permezz ta’ infrastrutturi tekniċi avvanzati bl-użu ta’ FIU.net, network ta’ komputer deċentralizzat li juża teknoloġija sofistikata ta’ tqabbil;
  • tispeċifika li suspetti ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu jridu jkunu rrappurtati lill-awtoritajiet pubbliċi, is-soltu l-FIU;
  • tirrikjedi li dawk li għalihom hi indirizzata, jintroduċu:
    • miżuri ta sostenn, bħal li tiżgura taħriġ xieraq ta’ persunal u li tistabbilixxi politiki u proċeduri xierqa interni ta’ prevenzjoni;
    • salvagwardji addizzjonali, bħal diliġenza msaħħa tal-konsumatur għal sitwazzjonijiet ta’ risklu ogħla, bħal negozjar ma’ banek li jkunu barra mill-UE, u b’mod partikolari, meta jittrattaw ma’ entitajiet fiżiċi jew ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi mhux tal-UE identifikati mill-Kummissjoni bħala pajjiżi terzi ta’ riskju għoli;
  • tipprojbixxi lil banek milli jżommu kaxxi ta’ depożitu sikur anonimi flimkien ma’ kontijiet u libretti anonimi;
  • tinkludi miżuri li jevitaw ir-riskji marbuta ma’ kartieri elettroniċi u muniti virtwali billi:
    • jniżżlu l-livell limitu ta’ identifikazzjoni ta’ detenturi ta’ kartieri elettroniċi minn €250 għal €150;
    • jippermettu li FIUs jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni li tħallihom jintraċċaw l-identità tas-sid tal-munita virtwali;
  • isaħħu l-kooperazzjoni bejn FIUs billi jħalluhom jaqsmu aktar informazzjoni;
  • jagħtu lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA, mill-1 ta’ Jannar 2020, il-kompiti biex tevita l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskopijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u li tmexxi, tikkoordina u tissorvelja l-isforzi tal-fornituri tas-servizzi finanzjarji kollha u awtoritajiet kompetenti f’dan id-dominju (ara s-sommarju).

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2023/1113

Regolament (UE) 2023/1113 joħloq sistema biex tindirizza l-iskambji ta’ kriptoassi biex tiżgura li ma jkunux qed ikunu użati illeġalment, bħal biex jevitaw sanzjonijiet jew biex jiffinanzjaw it-terroriżmu jew gwerra. Biex tikkonforma ma’ standards internazzjonali dwar trasferimenti ta’ kriptoassi u tużgura t-traċċabilità ta’ dawk l-assi, ikun hemm bżonn li fornituri tas-servizzi ta’ kriptoassi jiġbru u, fejn xieraq, jikxfu lill-awtoritajiet ċerta informazzjoni dwar spedituri u benefiċjarji ta’ kwalunkwe trasferimenti ta’ dawk l-assi li jieħdu, irrispettavament mill-valur tagħhom.

Regolament (UE) 2023/1113 emenda d-Direttiva (UE) 2015/849 biex:

  • tinkludu l-kategoriji kollha ta’ fornituri tas-servizzi ta’ kriptoassi kif stipulat f’Regolament (UE) 2023/1114 fi ħdan id-definizzjoni ta’ “istituzzjonijiet finanzjarji”, f’Direttiva (UE) 2015/849 (Artikolu 3);
  • teħtieġ li fornituri tas-servizzi ta’ kriptoassi japplikaw miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati mar-riskji assoċjati ma’ trasferimenti li jinvolvu indirizzi awtoospitati u biex jimplimentaw, fejn ikun xieraq, miżuri ta’ diliġenza msaħħa (Artikolu 19a);
  • teħtieġ li fornituri tas-servizzi ta’ kriptoassi japplikaw miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju meta jistabbilixxu relazzjonijiet korrispondenti transkonfinali li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ servizzi ta’ kriptoassi ma’ entità rispondenti li ma tkunx stabbilita fl-UE (Artikolu ġdid 19b);
  • tħalli lil Stati Membri li jirrikejdu fornituri tas-servizzi ta’ kriptoassi stabbiliti fit-territorju tagħhom f’formoli oħra barra minn fergħa, u li l-kwartieri tagħhom ikunu qegħdin fi Stat Membru ieħor, li jappuntaw punt ta’ kuntatt ċentrali fit-territorju tagħhom (Artikolu 45, paragrafu 9);
  • tneħħi r-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-kategoriji ta’ fornituri tas-servizzi ta’ kriptoassi li ser isiru suġġetti għar-reġim ta’ liċenzja singola taħt ir-Regolament (UE) 2023/1114 (Artikolu 47, paragrafu 1) — dawn l-emendi għad-Direttiva (UE) 2015/849 wkoll jirrekjedu li l-Awtorità Bankarja Ewropea toħroġ linji gwida fuq firxa ta’ kwistjonijiet, inklużi:
    • il-kriterja u l-elementi li fornituri tas-servizzi ta’ kriptoassi jridu jqisu meta jivvalutaw relazzjonijiet korrispondenti transkonfinali li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ servizzi ta’ kriptoassi, flimkien mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju assoċjati mal-entitajiet rispondenti inkluża l-azzjoni minima li fornituri tas-servizzi tal-kriptoassi jridu jieħdu fejn entità rispondenti ma tkunx reġistrata jew liċensjata (l-Artikolu l-ġdid 19b),
    • varjabbli tar-riskju u fatturi tar-riskju jridu jitqiesu minn fornituri tas-servizzi ta’ kriptoassi meta jidħlu f’relazzjonijiet kummerċjali jew iwettqu tranżazzjonijiet f’kriptoassi (Artikolu 18),
    • miżuri li fornituri tas-servizzi ta’ kriptoassi jrid ikollhom fis-seħħ biex jidentifikaw u jassessjaw ir-riskju ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma’ trasferimenti ta’ kriptoassi magħmula lil jew li joriġinaw minn indirizz awtoospitat* (l-Artikolu l-ġdid 19a),
    • kif miżuri msaħħa tad-diliġenza tal-klijent japplikaw u miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskju jittieħdu meta entitajiet marbuta bl-obbligi jagħmlu servizzi ta’ kriptoassi ma’ entitajiet mhux reġistrati jew bla liċenzja li jipprovdu servizzi ta’ kriptoassi (Artikolu l-ġdid 24a).

Suppliment għad-Direttiva (UE) 2015/849

Att delegat, Regolament Delegat (UE) 2019/758, jistabbilixxi sett ta’ miżuri addizzjonali, inkluża azzjoni minima, li istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jridu jieħdu biex jindirizzaw ir-riskju ta’ finanzjament ta’ ħasil tal-flus u terroriżmu fejn liġi ta’ pajjiż mhux tal-UE ma tippermettix l-implimentazzjoni ta’ politiki u proċeduri għal grupp kollu fil-livell ta’ fergħat jew sussidjarji b’maġġoranza li huma parti mill-grupp u stabbiliti f’pajjiħ mhux tal-UE.

Revoka

Id-direttiva (UE) 2015/849 se tiġi revokata u sostitwita bid-Direttiva (UE) 2024/1640 (ara s-sommarju) mid-9 ta’ Lulju 2027.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-Direttiva (UE) 2015/849 ilha tapplika mill-25 ta’ Ġunju 2015 u oriġinarjament kellha ssir liġi fl-Istati Membri sas-26 ta’ Ġunju 2017. Din l-iskadenza kienet, madanakollu, estiża b’bosta emendi, b’mod partikolari d-Direttiva (UE) 2018/843, li kellha tkun inkorporata f’liġi nazzjonali sal-10 ta’ Jannar 2020. L-istess data applikat għat-twaqqif ta’ reġistri referuti f’Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2015/849, bl-emendi, waqt li r-reġistri tagħhom referuti f’Artikolu 31, kellhom ikunu stabbiliti sal-10 ta’ Marzu 2020.

Il-bidliet li daħlu bir-Regolament emendatorju (UE) 2023/1113 japplikaw mit-30 ta’ Diċembru 2024

SFOND

Id-Direttiva hija parti minn pakkett ta’ miżuri leġiżlattivi tal-UE mmirati biex jipprevjenu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li tinkludi r-Regolament (UE) 2015/847 dwar it-traċċabilità tat-trasferimenti tal-flus (ara s-sommarju). Din hija wkoll parti minn strateġija tal-UE usa’ biex tiġi indirizzata l-kriminalità finanzjarja li tinkludi ix-xogħol ta’:

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Ħasil tal-flus. Il-konverżjoni tar-rikavat minn attività kriminali f’fondi apparentement nodfa, ġeneralment permezz tas-sistema finanzjarja, pereżempju billi s-sorsi tal-flus jiġu moħbija, tinbidel il-forma tagħhom, jew il-fondi jittieħdu f’post fejn hemm inqas probabbiltà li jiġbdu l-attenzjoni.
Finanzjament tat-terroriżmu. Il-provvista jew il-ġbir ta’ fondi maħsuba biex jintużaw biex jitwettqu reati terroristiċi.
Fornituri tas-servizz tal-kriptoassi. Persuna ġuridika jew impriża oħra li l-okkupazzjoni jew negozju tagħha hu li tipprovdi servizz wieħed jew aktar servizzi ta’ kriptoassi lil klijenti fuq bażi professjonali u li tkun tista’ tipprovdi servizzi ta’ kriptoassi konformi ma’ Regolament (UE) 2023/1114.
Kriptoassi. Rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur jew dritt li tista’ tkun trasferita u maħżuna elettronikament f’repożitorju bl-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit (DLT) jew teknoloġija simili (jiġifieri li tkun ixxerrjata u sinkronizzata bejn sett ta’ nodi DLT billi jużaw mekkaniżmu ta’ kunsens).
Sid benefiċjarju. Il-persuna li hija s-sid jew għandha l-kontroll finali ta’ kumpanija.
Indirizz awtoospitat. Indirizz tar-reġistru distribwit mhux marbut la ma’ fornitur tas-servizzi ta’ kriptoassi u lanqas ma’ entità mhux stabbilita fl-UE u li tipprovdi servizzi simili għal dawk ta’ fornitur tas-servizzi ta’ kriptoassi.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, pp. 73–117).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2015/849 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, pp. 1–39).

Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq tal-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (ĠU L 150, 9.6.2023, pp. 40–205).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva (UE) 2019/2177 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), id-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 334, 27.12.2019, pp. 155–163).

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parliament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw is-suq intern u li huma relatati ma’ attivitajiet transfruntiera (COM(2022) 554 final, 27.10.2022).

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1039 tal-14 ta’ Lulju 2020 dwar li s-sostenn finanzjarju mill-Istat lill-impriżi fl-Unjoni jkun magħmul soġġett għall-kundizzjoni li dawn ma jkollhomx rabtiet ma’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx (ĠU L 227, 16.7.2020, pp. 76–79).

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw is-suq intern u li huma relatati mal-attivitajiet transfruntiera (COM(2019) 370 final, 24.7.2019).

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-qafas tal-kooperazzjoni bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (COM(2019) 371 final, 24.7.2019).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/758 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-azzjoni minima u t-tipi ta’ miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r-riskju mill-ħasil tal-flus u mill-finanzjament tat-terroriżmu f’ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 125, 14.5.2019, pp. 4–10).

Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, pp. 43–74).

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw is-suq intern u li huma relatati mal-attivitajiet transfruntiera (COM(2017) 340 final, 26.6.2017).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, pp. 1–4).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, pp. 1–18).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, pp. 12–47).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 23.09.2024

Top