Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Direttiva

Direttiva hija att legali adottata mill-istituzzjonijiet tal-UE indirizzata lill-Istati Membri tal-UE u, kif stipulat fl-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hija vinkolanti għar-riżultat li għandu jinkiseb. Direttiva hija parti mil-liġi sekondarja tal-UE, il-korp tal-liġi li joħroġ mill-prinċipji u l-għanijiet stabbiliti fit-trattati tal-UE (liġi primarja).

L-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull pajjiż tal-UE li hija indirizzata lilhom id-direttiva jiistabbilixxu l-forma u l-metodi li jużaw biex jinkorporaw id-direttiva fil-liġi nazzjonali tagħhom (formalment magħrufa bħala “traspożizzjoni”). Ġeneralment, dan jeħtieġ li jsir fi żmien sentejn mill-adozzjoni tad-direttiva.

Biex ikunu applikabbli, il-miżuri nazzjonali jridu jissodisfaw l-għanijiet stabbiliti mid-direttiva. L-awtoritajiet nazzjonali jeħtiġilhom jikkomunikaw il-miżuri li jadottaw lill-Kummissjoni Ewropea.

Id-Direttivi jistgħu jistabbilixxi standards minimi, ħafna drabi b’rikonoxximent tal-fatt li s-sistemi legali f’xi Stati Membri diġà stabbilew standards ogħla. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom id-dritt li jistabbilixxu standards ogħla minn dawk stabbiliti fid-direttiva.

F’każijiet oħra d-direttivi jistabbilixxu limiti ta’ armonizzazzjoni uniformi. Dan ifisser li l-Istati Membri ma jistgħux jintroduċu regoli li huma aktar stretti minn dawk stabbiliti fid-direttiva.

Meta Stat Membru ma jittrasponix direttiva fil-liġi nazzjonali tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tibda proċedimenti ta’ ksur u tressaq proċedimenti kontra l-pajjiż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

ARA WKOLL

Top