EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Traspożizzjoni

It-traspożizzjoni hija l-proċess ta’ inkorporazzjoni tad-direttivi tal-UE f’liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE.

Kuntrarju għal regolamenti u deċiżjonijiet, id-direttivi mhumiex applikabbli direttament fl-Istati Membri imma jeħtieġu li l-liġijiet nazzjonali jinkorporaw ir-regoli tagħhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-Istati Membri jeħtieġ li jadottaw dawn il-miżuri nazzjonali sa data ta’ skadenza, li tiġi speċifikata fid-direttiva. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni tagħhom.

Il-Kummissjoni:

  • teżamina t-test biex tiżgura li jissodisfa l-għanijiet tad-direttiva;
  • tiżgura li l-liġi trasposta tiġi implimentata u tissodisfa l-iskadenza(i) meħtieġa.

Il-Kummissjoni tista’ wkoll ittella’ każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja meta l-Istat Membru ma jkunx ħa miżuri fuq livell nazzjonali biex jittrasponi d-direttiva jew ikun ħa miżuri iżda l-Kummissjoni tikkunsidra li dawn mhumiex sodisfaċenti. Jekk il-Qorti taqbel mal-Kummissjoni dwar l-infrazzjoni u l-Istat Membru ma jkunx ikkonforma mal-ġudizzju, il-Qorti mbagħad tista’ timponi ħlas ta’ penali jew somma f’daqqa fuq talba tal-Kummissjoni.

Jekk Stat Membru ma jinnotifikax il-miżuri implimentattivi nazzjonali lill-Kummissjoni sad-data tal-iskadenza, il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-ammont tas-somma f’daqqa jew tal-penali li trid titħallas mill-Istat Membru. Jekk il-Qorti tikkonferma li hemm infrazzjoni u li l-ammont stabbilit mill-Kummissjoni ma jaqbiżx dak stabbilit mill-Qorti, l-obbligu tal-ħlas ser jidħol fis-seħħ (Artikolu 260(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea).

ARA WKOLL

Top