Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1082

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 1082/2003 tat-23 ta’ Ġunju 2003 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali boviniTest b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 156, 25.6.2003, p. 9–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/02/2022; Imħassar b' 32022R0160

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1082/oj

    32003R1082



    Official Journal L 156 , 25/06/2003 P. 0009 - 0012


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2003

    tat-23 ta’ Ġunju 2003

    li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Numru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini u dwar it-tabellar taċ-ċanga u prodotti taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 820/97 [1], partikolarment l-Artikolu 10(d) tiegħu,

    billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2630/97 tad-29 ta’ Diċembru 1997 tniżżel regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (EC) No 820/97 dwar il-livell minimu ta’kontrolli li jsiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini [2] ġie emendat b’mod kbir kemm -il darba [3]. Għall-iskopijiet taċ-ċarezza u razzjonalità dan ir-Regolament għandu jiġi kkodifikat.

    (2) Huwa xieraq li jiġi definit livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru biex tiġi assigurata l-implimentazzjoni tajba għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini.

    (3) L-awtoritajiet lokali kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhu jmexxi kontrolli bbażati fuq analiżi tar-riskju. L-analiżi tar-riskju għandu jikkonsidra kull fattur relevanti, inklużi konsiderazzjonijiet tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali.

    (4) Fil-prinċipju, kull annimal ta’ l-azjenda għandhu jiġi sottopost għall-kontrolli. Madankollu, fejn għar-raġunijiet ta’ prattiċità, mhuiex possobbli li jinġabru l-annimali fl-azjenda fi żmien 48 siegħa, l-awtoritajiet lokali kompetenti jistgħu jipprovdu għal sistema xierqa fejn jittieħdui l-kampjuni.

    (5) L-awtoritajiet lokali kompetenti ta’ kull Stat Membru għandu jmexxi kontrolli fuq il-post, li, ġeneralment, għandhom isiru mingħajr twissija, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Numru 3508/92 tas-27 ta’ Novembru 1992 li jistabbilixxi sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta’ għajnuna [4], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 495/2001 [5].

    (6) L-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport ta’ kull sena lill-Kummissjoni fejn għandhom jagħtu dettalji tal-kontrolli.

    (7) Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport mudell lill-Istati Membri.

    (8) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal Kumitat għall-Gwida u Garanzija ta’ l-Agrikoltura u tal-Fond ta’ Garanzija,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kontrolli previst fis-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini għandhom mill-inqas iħarsu l-ħtiġijiet minimi skond l-Artikoli 2 sa 5.

    Artikolu 2

    1. F’kull Stati Membru l-awtorità lokali kompetenti għandha tmexxi kontrolli fuq il-post, li jistgħu jsiru flimkien ma kontrolli oħrajn kif previst fil-leġislazzjoni tal-Komunità. Il-kontrolli għandhom, kull sena, jkopru minimu ta’ 10 % ta’ l-azjenda fit-territorju ta’ kull Stati Membru. Ir-rata minima ta’ kontrolli għandha tiżdied immedjatament meta jiġi stabbilit li l-liġi tal-Komunità dwar l-identifikazzjoni ma ġietx imħarsa.

    2. Bħala deroga minn paragrafu 1, fejn Stat Membru għandu database li jaħdem b’mod sħiħ skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000 li jipprovdi għall-faċilitajiet għall-cross-checking, rata ta’ 5 % tista’ tkun mistennijja.

    3. L-għażla ta’ l-azjendi li għandhom jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet lokali kompetenti għandha ssir fuq bażi ta’ l-analiżi tar-riskju.

    4. L-analiżi tar-riskju ta’ kull azjenda għandu jikkonsidra b’mod partikolari dan li ġej:

    (a) L-ammont ta’ annimali fl-azjenda, inklużi d-dettalji ta’ l-annimali kollha preżenti u annimali identifikati fl-azjenda;

    (b) konsiderazzjonijiet tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, partikolarment tifqiegħ preċedenti ta’ mard;

    (ċ) l-ammont ta’ premium bovin meħtieġa ta’ kull sena u/jew mħallsa lill-azjenda, imqabbel ma’ l-ammont mħallas is-sena ta’ qabel;

    (d) kambjamenti mhux żagħar meta mqabblin ma’ snin preċedenti;

    (e) riżultati ta’ kontrolli li jkunu saru tul is-snin, partikolarment:

    (i) li jkun inżamm b’mod xieraq reġistru ta’ l-azjenda, kif previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 2629/97 [6];

    (ii) li jkunu inżammu b’mod xieraq passaporti ta’ l-annimali preżenti fl-azjenda, kif previst fir-Regolament (KE) No 2629/97;

    (f) komunikazzjoni xierqa tad-data lill-awtoritajiet lokali kompetenti;

    (g) kriterji oħra li għandhom jiġu iddeterminati mill-l-Istati Membri.

    5. Kull kontroll għandu jkun suġġett għar-rapport standardizzat fuq livell nazzjonali li jniżżel ir-riżultati tal-kontrolli u xi tisjibiet mhux xierqa, ir-raġun għall-kontroll u l-persuni preżenti. Il-gwardjan jew ir-rappreżentant tiegħu għandhu jingħata l-opportunità li jiffirma ir-rapport u, kif xieraq, li jesprimi l-osservazzjonijiet dwar il-kontenut tar-rapport.

    6. Kopji tar-rapporti skond paragrafu 5 għandhom, fejn jiffliflettu xi ksur tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000, jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti li huma risponsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 2419/2001 [7].

    Artikolu 3

    1. Il-kontroll għandu jkopri l-annimali kollha fl-azjenda li għalihom hija prevista l-identifikazzjoni skond ir-Regolament (KE) Numru 1760/2000.

    2. B’deroga minn paragrafu 1, jekk għar-raġuni ta’ prattiċità mhuiex possibbli li l-annimali fl-azjenda jinġabru fi-żmien 48 siegħa, l-awtoritajietet lokali kompetenti jistgħu jipprovdu għal sistema fejn jittieħdu kampjuni iżda għandu jinżamm livell ta’ kontroll xieraq.

    Artikolu 4

    Kontrolli fuq il-post għandhom isiru, b’mod ġenerali, mingħajr twissija. Fejn tingħata twissija, m’għandiex tkun iktar milli hu neċessarju u, ġeneralment, mhux iktar kmieni minn 48 siegħa qabel.

    Artikolu 5

    1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi rapport lill-Kummissjoni ta’ kull sena, u qabel l-1 ta’ Lulju kull sena, li għandu ikollu d-dettalji li ġejjin:

    (a) in-numru ta’ azjendi fl-Istat Membru kkonċernat;

    (b) in-numru ta’ kontrolli li saru skond l-artikolu 2;

    (ċ) in-numru ta’ annimali li ġew kontrollati;

    (d) xi ksur li ġie skopert;

    (e) xi sanzjoni li ġiet imposta skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000.

    2. L-informazzjoni msemmija fil-paragraph 1 għandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni skond l-istruttura mudell fl-Anness I.

    Artikolu 6

    Ir-Regolament (KE) Numru 2630/97 huwa mħassar.

    Riferenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu kkunsidrati bħala riferenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness III.

    Artikolu 7

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjail ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Ġunju 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Romano Prodi

    Il-President

    [1] ĠU L 204, tal-11.8.00, p. 1.

    [2] ĠU L 354, tat-30.12.97, p. 23.

    [3] Ara l-Anness II.

    [4] ĠU L 355, tal-5.12.92, p. 1.

    [5] ĠU L 72, ta' l-14.3.1, p. 6.

    [6] ĠU L 354, tat-30.12.97, p. 19.

    [7] ĠU L 327, tat-12.12.1, p. 11.

    --------------------------------------------------

    L-Anness I

    Rapport dwar ir-riżultati tal-kontrolli li saru fis-settur tal-bovini fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità għall-identifikazzjonu u reġistrazzjoni

    1. Informazzjoni relatata mar-riżultati skond l-Artikolu 5(1)(a), (b) u (ċ):

    (a) numru totali ta’ azjendi reġistrati fit-territorji ta’l-Istati Membri kif ġew ireġistrati fil-bidu tal-perjodu tar-rappurtaġġ/kontroll;

    (b) numru totali ta’azjendi kkontrollati;

    (ċ) numru totali ta’kontrolli li saru;

    (d) il-kriterji ta’l-analiżi tar-riskju kif previst fl-Artikolu 2(4) għas-selezzjoni ta’l-azjendi kkontrollati, b-riferenza għall-awtoritajiet li mexxew dawn il-kontrolli; u, jekk huwa possibbli, skomposizzjoni ta’dik is-selezzjoni skond il-kriterji ta’ l-analiżi tar-riskju;

    (e) numru totali ta’ bhejjem bovini kif reġistrati fil-bidu tal-perjodu tar-rappurtaġġ/kontroll;

    (f) numru totali ta’ bovini li ġew ikkontrollati;

    (g) tipi ta’ kontrolli, jiġifieri kontrolii fiżiċi, kontrolli dokumentarji, kontrolli dwar dewmien fin-notifikazzjoni ta’ movimenti.

    2. Informazzjoni relatata mar-riżultati skond l-Artikolu 5(1)(d) u (e):

    (a) numru ta’ksur li ġie skopert, partikolarment, it-tipi ta-diskrepanzi osservati għat-tipi ta’kontrolli skond il-punt 1(g);

    (b) sanzjonijiet (inklużi tipi ta’ u informazzjoni dwar l-istatus tal-follow up tagħhom) imposti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 494/98 [1] li ġie preżentat skond it-tip ta’kontrolli li saru u l-ksur li ġie skopert skond il-punti 1(g) u 2(a).

    [1] ĠU L 60, 28.02.98, p. 78.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Ir-Regolament mħassar u l-emendi suċċessivi

    - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 2630/97 (ĠU L 354, tat-30.12.1997, p. 23).

    - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 132/1999 (ĠU L 17, tat-22.1.1999, p. 20).

    - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru No 1898/2000 (ĠU L 228, tat-8.9.2000, p. 22).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    Tabella tal-korrelazzjoni

    Regolament (KE) Numru 2630/97 | Dan ir-Regolament |

    L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

    L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 2(1) |

    L-Artikolu 2(2) | L-Artikolu 2(2) |

    L-Artikolu 2(3) | L-Artikolu 2(3) |

    L-Artikolu 2(4)(a) | L-Artikolu 2(4)(a) |

    L-Artikolu 2(4)(b) | L-Artikolu 2(4)(b) |

    L-Artikolu 2(4)(c) | L-Artikolu 2(4)(c) |

    L-Artikolu 2(4)(d) | L-Artikolu 2(4)(d) |

    L-Artikolu 2(4)(e), l-ewwel inċiż | L-Artikolu 2(4)(e)(i) |

    L-Artikolu 2(4)(e), it-tieni inċiż | L-Artikolu 2(4)(e)(ii) |

    L-Artikolu 2(4)(f) | L-Artikolu 2(4)(f) |

    L-Artikolu 2(4)(g) | L-Artikolu 2(4)(g) |

    L-Artikolu 2(5) | L-Artikolu 2(5) |

    L-Artikolu 2(6) | L-Artikolu 2(6) |

    L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 |

    L-Artikolu 4 | L-Artikolu 4 |

    L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 |

    — | L-Artikolu 6 |

    L-Artikolu 6 | L-Artikolu 7 |

    l-Anness | L-Anness I |

    — | L-Anness II |

    — | L-Anness III. |

    --------------------------------------------------

    Top