Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0157

    Kawża T-157/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2022 – Dehaen vs EUIPO – National Geographic Society (NATIONAL GEOGRAPHIC)

    ĠU C 207, 23.5.2022, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 23.5.2022, p. 30–30 (GA)

    23.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/45


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2022 – Dehaen vs EUIPO – National Geographic Society (NATIONAL GEOGRAPHIC)

    (Kawża T-157/22)

    (2022/C 207/60)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Karolien Dehaen (Schilde, il-Belġju) (rappreżentanti: T. van Innis u A. Van der Planken, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: National Geographic Society (Washington, District of Columbia, l-Istati Uniti)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NATIONAL GEOGRAPHIC – trade mark tal-Unjoni Nru 2 148 799

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 972/2020-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top