This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0647
Case C-647/22: Request for a preliminary ruling from the Tallinna Ringkonnakohus (Estonia) lodged on 14 October 2022 — Globex International OÜ v Duclos Legnostrutture S.r.l. and RD
Kawża C-647/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (L-Estonja) fl-14 ta’ Ottubru 2022 – Globex International OÜ vs Duclos Legnostrutture Srl u RD
Kawża C-647/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (L-Estonja) fl-14 ta’ Ottubru 2022 – Globex International OÜ vs Duclos Legnostrutture Srl u RD
ĠU C 7, 9.1.2023, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (L-Estonja) fl-14 ta’ Ottubru 2022 – Globex International OÜ vs Duclos Legnostrutture Srl u RD
(Kawża C-647/22)
(2023/C 7/19)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tallinna Ringkonnakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Globex International OÜ
Konvenuti: Duclos Legnostrutture Srl, RD
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-punt 4 tal-Artikolu 371(1) tat-tsiviilkohtumenetluse seadustik (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) (li jipprovdi li l-qorti tiddikjara inammissibbli rikors fil-każ fejn, b’mod partikolari, digriet li jtemm il-proċedura, u li sar definittiv, ingħata minn qorti Estonjana fil-kuntest ta’ tilwima bejn l-istess partijiet, dwar l-istess suġġett u fuq l-istess bażi, u jeskludi l-fatt li qorti tiġi adita mill-ġdid bl-istess tilwima) tipprekludi l-eżami ta’ rikors dwar kreditu li għalih l-ordni ta’ ħlas Ewropea nħarġet u ġiet iddikjarata eżekuttiva minn qorti ta’ Stat Membru? |
2) |
Jekk l-ewwel domanda titlob, b’mod ġenerali, risposta li tafferma l-eżistenza ta’ tali preklużjoni, ir-risposta tkun differenti meta jirriżulta, wara li ordni ta’ ħlas Ewropea tkun ġiet iddikjarata eżekuttiva, li din ma ġietx innotifikata b’mod konformi man-normi minimi stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 15 tar-Regolament Nru 1896/2006? |
3) |
Jekk it-tieni domanda titlob risposta li tafferma l-eżistenza ta’ tali preklużjoni, il-qorti li tkun ħarġet u ddikjarat eżekuttiva ordni ta’ ħlas Ewroprea tista’ tiddeċiedi, ex officio, jew fuq l-inizjattiva tar-rikorrent, li din id-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva ma hijiex valida meta jirriżulta, wara li ordni ta’ ħlas Ewropea tkun ġiet iddikjarata eżekuttiva, li din ma ġietx innotifikata b’mod konformi man-normi minimi stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 15 tar-Regolament Nru 1896/2006? |
4) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, il-qorti li tkun ħarġet u ddikjarat eżekuttiva ordni ta’ ħlas Ewroprea tista’ tiddikjara ruħha dwar l-invalidità ta’ din id-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva indipendentement mill-iżvolġiment, l-għeluq jew l-eżitu tal-proċedura li tirrigwarda l-eżekuzzjoni forzata tal-ordni ta’ ħlas li hija mibdija quddiem il-qorti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni? |