This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0645
Case T-645/21: Action brought on 6 October 2021 — Bloom v Parliament and Council
Kawża T-645/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2021 – Bloom vs Il-Parlament u l-Kunsill
Kawża T-645/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2021 – Bloom vs Il-Parlament u l-Kunsill
ĠU C 481, 29.11.2021, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 481/39 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2021 – Bloom vs Il-Parlament u l-Kunsill
(Kawża T-645/21)
(2021/C 481/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bloom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: C. Saynac u L. Chovet-Ballester, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla, abbażi tal-Artikoli 256 u 263 TFUE, parzjalment ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (ĠU 2021, L 247, p. 1), b’mod partikolari l-Artikoli 17, 18 u 19 tiegħu; |
— |
tikkundanna lill-Parlament u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-għanijiet ta’ protezzjoni għolja tal-ambjent u ta’ żvilupp sostenibbli. Ir-rikorrenti ssostni li l-Artikoli 17, 18 u 19 tar-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament FEAMPA”) jerġgħu jintroduċu sussidji ta’ ħsara għall-ambjent marittimu bi ksur tal-għanijiet ta’ protezzjoni għolja tal-ambjent u ta’ żvilupp sostenibbli kkonfermati ripetutament mit-testi Ewropej. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew ta’ prekawzjoni u ta@ proporzjonalità. Skont ir-rikorrenti, l-Artikoli 17, 18 u 19 tar-Regolament FEAMPA imorru kontra l-prinċipju ta’ prekawzjoni sanċit fl-Artikolu 191(2) TFUE. Barra minn hekk, l-effetti tal-artikoli msemmija iktar ’il fuq huma f’kontradizzjoni mal-prinċipju ta’ proporzjonalità applikabbli fil-qasam tas-sajd. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq id-Dritt tal-Baħar, tal-10 ta’ Diċembru 1982, tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent Marin u ż-Żona Kostali tal-Mediterran tad-9 ta’ Lulju 2004 u tal-prinċipju ta’ eżekuzzjoni bona fide tal-konvenzjonijiet. Ir-rikorrenti ssostni li l-Artikoli 17, 18 u 19 tar-Regolament FEAMPA imorru kontra l-obbligi fil-qasam ta’ ġlieda kontra s-sajd żejjed u ta’ preżervazzjoni tar-riżorsi tal-baħar previsti mill-konvenzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq. Il-Parlament u l-Kunsill allegatament kisru l-prinċipju ta’ eżekuzzjoni bona fide tal-konvenzjonijiet billi adottaw l-artikoli kkontestati. |