EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0122

Kawża T-122/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2021 – QI vs Il-Kummissjoni

ĠU C 138, 19.4.2021, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/50


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2021 – QI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-122/21)

(2021/C 138/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: QI (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-rapporti ta’ evalwazzjoni tal-karriera finali tar-rikorrenti għall-2018 u 2019;

tannulla, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tas-16 ta’ Novembru 2020;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni applikabbli. Fir-rigward tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2018, ir-rikorrenti ssostni reviżjoni illegali tan-natura sodisfaċenti jew le tas-servizzi fl-istadju tal-appell. Fir-rigward tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2019, ir-rikorrenti tikkritika l-intervent tal-evalwatur tal-appell fi stadju prekoċi. Fl-aħħar nett, fir-rigward taż-żewġ rapporti, ir-rikorrenti tinvoka żball fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni għas-sitwazzjoni tagħha tal-Artikolu 2(3)(a) tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni u tal-Artikolu 4 ta’ dawn l-istess dispożizzjonijiet.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ imparzjalità u ta’ newtralità, il-ksur tad-dmir ta’ assistenza u ta’ amministrazzjoni tajba, il-ksur tal-Artikolu 21a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ta’ użu ħażin jew abbuż ta’ proċedura.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, inċertezzi materjali li jikkonċernaw il-fatti, allegazzjonijiet abbużivi mhux marbuta mal-fatti oġġettivi u fuq il-ksur tal-kunċett tad-dmir ta’ lealtà.


Top