EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0596
Case C-596/21: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 24 November 2022 (request for a preliminary ruling from the Finanzgericht Nürnberg — Germany) — A v Finanzamt M (Reference for a preliminary ruling — Taxation — Value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Articles 167 and 168 — Right to deduct input VAT — Principle of prohibition of fraud — Chain of supply — Refusal of the right to deduct in the case of fraud — Taxable person — Second purchaser of goods — Fraud affecting part of the VAT due in respect of the first purchase — Scope of the refusal of the right to deduction)
Kawża C-596/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Nürnberg – il-Ġermanja) – A vs Finanzamt M (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 167 u 168 – Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa – Prinċipju tal-projbizzjoni tal-frodi – Katina ta’ kunsinni – Rifjut tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ frodi – Persuna taxxabbli – It-tieni xerrej ta’ oġġett – Frodi li tirrigwarda parti mill-VAT dovuta waqt l-ewwel akkwist – Portata tar-rifjut tad-dritt għal tnaqqis)

ĠU C 24, 23.1.2023, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Nürnberg – il-Ġermanja) – A vs Finanzamt M
(Kawża C-596/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 167 u 168 - Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Prinċipju tal-projbizzjoni tal-frodi - Katina ta’ kunsinni - Rifjut tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta’ frodi - Persuna taxxabbli - It-tieni xerrej ta’ oġġett - Frodi li tirrigwarda parti mill-VAT dovuta waqt l-ewwel akkwist - Portata tar-rifjut tad-dritt għal tnaqqis)
(2023/C 24/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Nürnberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A
Konvenut: Finanzamt M
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, moqrija fid-dawl tal-prinċipju tal-projbizzjoni tal-frodi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: it-tieni xerrej ta’ oġġett jista’ jiġi rrifjutat il-benefiċċju tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input imħallsa, għar-raġuni li huwa kien jaf jew kellu jkun jaf bl-eżistenza ta’ frodi tal-VAT imwettqa mill-bejjiegħ inizjali waqt l-ewwel bejgħ, anki jekk l-ewwel xerrej kellu, huwa wkoll, għarfien ta’ din il-frodi. |
2) |
L-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE kif emendata bid-Direttiva 2010/45/UE, moqrija fid-dawl tal-prinċipju tal-projbizzjoni tal-frodi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: it-tieni xerrej ta’ oġġett li, fi stadju qabel dan l-akkwist, kien is-suġġett ta’ tranżazzjoni frawdolenti li tirrigwarda parti biss mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li l-Istat għandu d-dritt li jiġbor, għandu jiġi rrifjutat id-dritt tiegħu għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fl-intier tagħha meta dan kien jaf jew kellu jkun jaf li dan l-akkwist kien marbut ma’ frodi. |