Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0231

    Kawża C-231/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – IA vs Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Sistema ta’ Dublin – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Artikolu 29(2) – Trasferiment tal-applikant għall-ażil lejn l-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Terminu ta’ trasferiment ta’ sitt xhur – Possibbiltà ta’ estensjoni ta’ dan it-terminu sa massimu ta’ sena fil-każ ta’ priġunerija – Kunċett ta’ “priġunerija” – Tqegħid tal-applikant għall-ażil taħt restrizzjoni f’dipartiment psikjatriku ta’ sptar bl-awtorizzazzjoni ta’ mħallef)

    ĠU C 207, 23.5.2022, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – IA vs Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

    (Kawża C-231/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Sistema ta’ Dublin - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Artikolu 29(2) - Trasferiment tal-applikant għall-ażil lejn l-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Terminu ta’ trasferiment ta’ sitt xhur - Possibbiltà ta’ estensjoni ta’ dan it-terminu sa massimu ta’ sena fil-każ ta’ priġunerija - Kunċett ta’ “priġunerija” - Tqegħid tal-applikant għall-ażil taħt restrizzjoni f’dipartiment psikjatriku ta’ sptar bl-awtorizzazzjoni ta’ mħallef)

    (2022/C 207/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: IA

    Konvenut: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

    Dispożittiv

    It-tieni sentenza tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “priġunerija”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, ma japplikax għat-tqegħid ex officio ta’ applikant għall-ażil f’dipartiment psikjatriku ta’ sptar, awtorizzat minn deċiżjoni ġudizzjarja għar-raġuni li, minħabba marda mentali, din il-persuna hija ta’ periklu serju għaliha nnifisha jew għas-soċjetà.


    (1)  ĠU C 242, 21.6.2021.


    Top