Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0797

    Kawża T-797/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2019 – Anglo Austrian AAB Bank u Belegging-Maatschappij “Far-East” vs BĊE

    ĠU C 10, 13.1.2020, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 10/56


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2019 – Anglo Austrian AAB Bank u Belegging-Maatschappij “Far-East” vs BĊE

    (Kawża T-797/19)

    (2020/C 10/66)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Anglo Austrian AAB Bank AG (Vjenna, l-Awstrija) u Belegging-Maatschappij “Far-East” BV (Velp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Fischer, J. Willheim u M. Ketzer, avukati)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-14 ta’ Novembru 2019, li permezz tagħha l-liċenzja bħala istituzzjoni ta’ kreditu ta’ Anglo Austrian AAB Bank AG ġiet revokata;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura;

    fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, tagħti prijorità lill-kawża skont l-Artikolu 67(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin.

    1.

    Il-konvenut kiser l-Artikolu 14(5) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (1), sa fejn b’mod żbaljat applika d-dritt nazzjonali applikabbli għar-revoka tal-liċenzja taħt l-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-regolament.

    2.

    Il-konvenut kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn bir-revoka tal-liċenzja, huwa applika b’mod inammissibbli l-ultima ratio tal-miżuri ta’ superviżjoni possibbli.

    3.

    Il-konvenut kiser id-dritt għal rimedju effettiv tal-Anglo Austrian AAB Bank AG, peress li ma ssospendiex l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni.

    4.

    Il-konvenut kiser l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 31 u 32 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 kif ukoll l-Artikolu 70(4) tal-Bankwesengesetzes (il-Liġi dwar is-Sistema Bankarja) u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem sa fejn id-drittijiet proċedurali ggarantiti tal-Anglo Austrian AAB Bank AG ma ġewx irrispettati.

    5.

    Il-konvenut kiser id-dritt għall-proprjetà ta’ Belegging-Maatschappij “Far-East” B.V., sa fejn irrevoka l-liċenzja tal-Anglo Austrian AAB Bank AG u għalhekk qered il-valur ekonomiku tal-ishma ta’ Anglo Austrian AAB Bank AG miżmuma minn Belegging-Maatschappij “Far-East” B.V.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).


    Top