This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0463
Case C-463/19: Request for a preliminary ruling from the Conseil de prud’hommes de Metz (France) lodged on 18 June 2019 — Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle v Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle
Kawża C-463/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de prud’hommes de Metz (Franza) fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle vs Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle
Kawża C-463/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de prud’hommes de Metz (Franza) fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle vs Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle
ĠU C 280, 19.8.2019, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/29 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de prud’hommes de Metz (Franza) fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle vs Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle
(Kawża C-463/19)
(2019/C 280/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil de prud’hommes de Metz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle
Konvenuta: Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle
Parti oħra: Mission nationale de contrôle et d’audit des organismes de sécurité sociale
Domanda preliminari
Id-Direttiva 2006/54/KE (1) moqrija fid-dawl tal-Artikoli 8 u 157 TFUE, tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni tat-trattament ugwali u tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u tal-Artikoli 20, 21(1) u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, għandha tiġi interpretata fis-sens li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali tagħha, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 46 tal-Ftehim Kollettiv Nazzjonali Franċiż tal-Korpi tas-Sigurtà Soċjali, li jirriżerva lill-impjegati nisa tal-imsemmija korpi li jrabbu lit-tfal tagħhom huma stess, leave ta’ tliet xhur b’nofs paga jew leave ta’ xahar u nofs b’paga sħiħa u leave mingħajr paga ta’ sena, wara l-leave tal-maternità?
(1) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).