Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0454

    Kawża C-454/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Heilbronn (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ġunju 2019 — Proċeduri kriminali kontra ZW

    ĠU C 280, 19.8.2019, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 280/27


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Heilbronn (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ġunju 2019 — Proċeduri kriminali kontra ZW

    (Kawża C-454/19)

    (2019/C 280/36)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Heilbronn

    Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

    ZW

    Parti oħra fil-proċeduri: Staatsanwaltschaft Heilbronn

    Domandi preliminari

    1)

    Id-dritt Ewropew primarju u/jew sekondarju, b’mod partikolari d-Direttiva 2004/38/KE (1), fis-sens ta’ dritt wiesgħa taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċaqilqu u li jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, għandu jiġi interpretat bħala li jkopri wkoll dispożizzjonijiet kriminali nazzjonali?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

     

    L-interpretazzjoni tad-dritt Ewropew primarju u/jew sekondarju tipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni kriminali nazzjonali li tissanzjona l-fatt li wild li jinsab barra mill-pajjiż ma jiġix irritornat lit-tutur tiegħu, meta l-imsemmija dispożizzjoni ma tagħmilx distinzjoni f’dan ir-rigward bejn l-Istati tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi?


    (1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


    Top