Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0222

    Kawża C-222/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fit-8 ta’ Marzu 2019 — BW vs D.R.

    ĠU C 280, 19.8.2019, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 280/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fit-8 ta’ Marzu 2019 — BW vs D.R.

    (Kawża C-222/19)

    (2019/C 280/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Qorti Distrettwali ta’ Opatów, il-Polonja)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: BW sp. z o.o.

    Konvenut: D.R.

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-ekwilibriju kuntrattwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni, fl-ordinament [ġuridiku] nazzjonali, tal-istituzzjoni tal-“ispejjeż massimi tal-kreditu esklużi l-interessi” u tal-mudell matematiku ta’ kalkolu tal-ammont ta’ dawn l-ispejjeż, previsti fil-punt 6-a tal-Artikolu 5 moqri flimkien mal-Artikolu 36-a tal-ustawa z 12 maja 2011 r. o kredycie konsumenckim (il-Liġi tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-kreditu fuq il-konsum, test ikkonsolidat, Dz. U. tal-2018, intestatura 993), fejn dawn il-mekkaniżmi ġuridiċi jippermettu li jiġi inkluż ukoll, fl-ispejjeż relatati mal-kuntratt ta’ kreditu sostnuti mill-konsumatur (ammont totali tal-kreditu), l-ispejjeż tal-attività ekonomika eżerċitata mill-impriża?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288


    Top