This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0712
Case C-712/19: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 25 February 2021 (request for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo — Spain) — Novo Banco SA v Junta de Andalucía (Reference for a preliminary ruling — Freedom of establishment — Free movement of capital — Taxation — Tax on customer deposits held by credit institutions — Tax deductions granted only to establishments with registered offices or branches in the territory of the Autonomous Community of Andalusia — Tax deductions granted only for investments in projects carried out in that autonomous community — Common system of value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Article 401 — Prohibition on the levying of other domestic taxes which can be characterised as turnover taxes — Concept of ‘turnover tax’ — Essential characteristics of VAT — None)
Kawża C-712/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tal-25 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Novo Banco SA vs Junta de Andalucía (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Tassazzjoni – Taxxa fuq id-depożiti ta’ klijenti miżmuma mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Tnaqqis fiskali mogħti biss lill-istituzzjonijiet li għandhom is-sede tagħhom jew aġenziji fit-territorju tal-Komunità Awtonoma ta’ Andalucía – Tnaqqis fiskali mogħti biss għall-investimenti relatati ma’ proġetti mwettqa f’din il-komunità awtonoma – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 401 – Projbizzjoni ta’ ġbir ta’ taxxi nazzjonali oħra li għandhom in-natura ta’ taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Kunċett ta’ “taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ” – Karatteristiċi essenzjali tal-VAT – Assenza)

ĠU C 138, 19.4.2021, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tal-25 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Novo Banco SA vs Junta de Andalucía
(Kawża C-712/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni - Taxxa fuq id-depożiti ta’ klijenti miżmuma mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Tnaqqis fiskali mogħti biss lill-istituzzjonijiet li għandhom is-sede tagħhom jew aġenziji fit-territorju tal-Komunità Awtonoma ta’ Andalucía - Tnaqqis fiskali mogħti biss għall-investimenti relatati ma’ proġetti mwettqa f’din il-komunità awtonoma - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 401 - Projbizzjoni ta’ ġbir ta’ taxxi nazzjonali oħra li għandhom in-natura ta’ taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Kunċett ta’ “taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ” - Karatteristiċi essenzjali tal-VAT - Assenza)
(2021/C 138/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Novo Banco SA
Konvenut: Junta de Andalucía
Dispożittiv
1) |
Il-libertà ta’ stabbiliment stabbilita fl-Artikolu 49 TFUE għandha tiġi interpretata fis-sens li, fir-rigward ta’ tnaqqis applikat fuq l-ammont gross ta’ taxxa fuq id-depożiti mwettqa mill-klijenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom is-sede ċentrali tagħhom jew aġenziji li jinsabu fit-territorju ta’ reġjun ta’ Stat Membru,
L-Artikolu 63(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward ta’ taxxa imposta fuq id-depożiti mwettqa mill-klijenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom is-sede ċentrali tagħhom jew aġenziji li jinsabu fit-territorju ta’ reġjun ta’ Stat Membru, jipprekludi tnaqqis mill-ammont gross ta’ din it-taxxa ugwali għall-krediti, għas-self, u għall-investimenti intiżi għal proġetti mwettqa f’dan l-istess reġjun, sakemm dan it-tnaqqis ikollu għan ta’ natura purament ekonomika. |
2) |
L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi taxxa dovuta mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu minħabba ż-żamma ta’ depożiti ta’ klijenti, li l-bażi taxxabbli tagħhom tikkorrispondi għall-medja aritmetika tal-bilanċ trimestrali ta’ dawn id-depożiti u li ma tistax tiġi mgħoddija mill-persuna taxxabbli fuq terzi. |