Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0095

    Kawża C-95/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – L-Italja) – Agenzia delle Dogane vs Silcompa SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 76/308/KEE – Artikoli 6 u 8 kif ukoll 12(1) sa (3) – Assistenza reċiproka fil-qasam tal-irkupru ta’ ċerti djun – Dazju tas-sisa eżiġibbli f’żewġ Stati Membri għall-istess tranżazzjonijiet – Direttiva 92/12/KE – Artikoli 6 u 20 – Rilaxx fis-suq ta’ prodotti – Falsifikazzjoni tad-dokument amministrattiv mehmuż – Ksur jew irregolarità mwettqa waqt iċ-ċaqliq ta’ prodotti suġġetti għal dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni – Ħruġ irregolari ta’ prodotti minn arranġament ta’ sospensjoni – “Irduppjar tad-dejn fiskali” dwar id-dazji tas-sisa – Stħarriġ imwettaq mill-qrati tal-Istat Membru fejn tinsab l-awtorità mitluba – Rifjut tat-talba għal assistenza ppreżentata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor – Kundizzjonijiet)

    ĠU C 138, 19.4.2021, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – L-Italja) – Agenzia delle Dogane vs Silcompa SpA

    (Kawża C-95/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 76/308/KEE - Artikoli 6 u 8 kif ukoll 12(1) sa (3) - Assistenza reċiproka fil-qasam tal-irkupru ta’ ċerti djun - Dazju tas-sisa eżiġibbli f’żewġ Stati Membri għall-istess tranżazzjonijiet - Direttiva 92/12/KE - Artikoli 6 u 20 - Rilaxx fis-suq ta’ prodotti - Falsifikazzjoni tad-dokument amministrattiv mehmuż - Ksur jew irregolarità mwettqa waqt iċ-ċaqliq ta’ prodotti suġġetti għal dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni - Ħruġ irregolari ta’ prodotti minn arranġament ta’ sospensjoni - “Irduppjar tad-dejn fiskali” dwar id-dazji tas-sisa - Stħarriġ imwettaq mill-qrati tal-Istat Membru fejn tinsab l-awtorità mitluba - Rifjut tat-talba għal assistenza ppreżentata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor - Kundizzjonijiet)

    (2021/C 138/02)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Corte suprema di cassazione

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Agenzia delle Dogane

    Konvenut: Silcompa SpA

    Dispożittiv

    L-Artikolu 12(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta’ Marzu 1976 dwar l-assistenza bejn xulxin għall-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati ma’ ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/44/KE tal-15 ta’ Ġunju 2001, moqri flimkien mal-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodott, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE tal-14 ta’ Diċembru 1992, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ azzjoni għal kontestazzjoni li tirrigwarda l-miżuri ta’ eżekuzzjoni meħuda fl-Istat Membru li fih tkun tinsab l-awtorità mitluba, l-istanza kompetenti ta’ dan l-Istat Membru tista’ tirrifjuta li tilqa’ t-talba għall-irkupru tad-dazji tas-sisa, imressqa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, f’dak li jirrigwarda prodotti li ħarġu irregolarment minn arranġament ta’ sospensjoni, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 92/12, kif emendata bid-Direttiva 92/108, peress li din it-talba hija bbażata fuq il-fatti li jirrigwardaw l-istess tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni li diġà huma s-suġġett ta’ rkupru tad-dazji tas-sisa fl-Istat Membru li fih tkun tinsab l-awtorità mitluba.


    (1)  ĠU C 182, 27.5.2019.


    Top