EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0578
Case T-578/18: Action brought on 25 September 2018 — CA Consumer Finance v ECB
Kawża T-578/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – CA Consumer Finance vs BĊE
Kawża T-578/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – CA Consumer Finance vs BĊE
ĠU C 436, 3.12.2018, p. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 436/56 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – CA Consumer Finance vs BĊE
(Kawża T-578/18)
(2018/C 436/80)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CA Consumer Finance (Massy, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla, abbażi tal-Artikoli 256 u 263 TFUE, id-deċiżjoni ECB-SSM-2018-FRCAG-77 adottata mill-BĊE fis-16 ta’ Lulju 2018; |
— |
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-576/18, Crédit agricole vs BĊE.