This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0249
Case T-249/18: Action brought on 16 April 2018 — Saab Halabi v Council
Kawża T-249/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Saab Halabi vs Il-Kunsill
Kawża T-249/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Saab Halabi vs Il-Kunsill
ĠU C 200, 11.6.2018, p. 50–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Kawża T-249/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Saab Halabi vs Il-Kunsill
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Saab Halabi vs Il-Kunsill
(Kawża T-249/18)
2018/C 200/64Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Rikorrent: Tarek William Saab Halabi (il-Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/90 tat-22 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/88 tat-22 ta’ Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jirrigwardaw lir-rikorrent; u |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tiegħu ta’ difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi ma tahx aċċess għall-provi li allegatament isostnu l-inklużjoni tiegħu fil-lista fi żmien raġonevoli. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma ġabx prova tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet għall-inklużjoni tiegħu fil-lista u wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn ma weriex li, fir-rwol tiegħu ta’ Avukat Ġenerali u fir-rwoli preċedenti ta’ Ombudsman u ta’ President tal-Kunsill Morali Repubblikan, ir-rikorrent ippreġudika d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |