Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0029

    Kawża T-29/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2018 – Planet vs Il-Kummissjoni (“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar il-kuntratt ‘Technical Assistance to Ecowas for the implementation of the 10th EDF Transport Facilitation Project II (TFP II)’ — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors — Irtirar tal-att ikkontestata — Tilwima li ma għadx għandha skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 301, 27.8.2018, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/37


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2018 – Planet vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-29/18) (1)

    ((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar il-kuntratt ‘Technical Assistance to Ecowas for the implementation of the 10th EDF Transport Facilitation Project II (TFP II)’ - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Irtirar tal-att ikkontestata - Tilwima li ma għadx għandha skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    (2018/C 301/49)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Planet AE Parochis Symvouleftikon Ypiresion (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: C. Ehrbar u M. Konstantinidis, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba konfermattiva tar-rikorrenti tas-6 ta’ Novembru 2017 intiża għall-ksib ta’ aċċess għal ċerti dokumenti relatati mal-kuntratt “Technical Assistance to Ecowas for the implementation of the 10th EDF Transport Facilitation Project II (TFP II)”.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C ##, ##.


    Top