This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0569
Case C-569/18: Request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato (Italy) lodged on 11 September 2018 — Caseificio Cirigliana Srl and Others v Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali and Others
Kawża C-569/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Settembru 2018 – Caseificio Cirigliana Srl et vs Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali et
Kawża C-569/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Settembru 2018 – Caseificio Cirigliana Srl et vs Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali et
ĠU C 436, 3.12.2018, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 436/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Settembru 2018 – Caseificio Cirigliana Srl et vs Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali et
(Kawża C-569/18)
(2018/C 436/34)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti fl-ewwel istanza u appellanti attwali: Caseificio Cirigliana Srl, Mail Srl, Sorì Italia Srl
Konvenuti fl-ewwel istanza u appellati attwali: Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero della Salute
Domanda preliminari
L-Artikoli 3, 26, 32, 40 u 41 TFUE u l-Artikoli 1, 3, 4, 5 u 7 tar-Regolament Nru 1151/2012/UE (1) dwar l-irregolar tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, li jimponu fuq l-Istati Membri li jiggarantixxu kemm il-kompetizzjoni libera tal-prodotti ġewwa l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-protezzjoni tal-iskemi tal-kwalità sabiex jiġu sostnuti ż-żoni agrikoli żvantaġġati, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, skont id-d-dritt nazzjonali (l-Artikolu 4 tad-Digriet Liġi Nru 91 tal-24 ta’ Ġunju 2014, kif emendat bil-Liġi Nru 116 tal-11 ta’ Awwissu 2014) tiġi stabbilita restrizzjoni fl-attività ta’ produzjoni tal-mozzarella ta’ bufala Campana DOP li għandha ssir fi stabbilimenti esklużivament iddestinati għal din il-produzzjoni, u li fihom huma pprojbiti ż-żamma u l-ħażna ta’ ħalib li ġej minn irziezet li ma jaqgħux taħt is-sistema ta’ kontroll tad-DOP mozzarella di bufala Campana?
(1) Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012, L 343, p. 1, rettifika fil-ĠU 2013, L 55, p. 27; rettifika fil-ĠU 2015 L 191, p. 10).