Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0515

    Kawża C-515/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna (l-Italja) fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Regione autonoma della Sardegna

    ĠU C 436, 3.12.2018, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 436/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna (l-Italja) fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Regione autonoma della Sardegna

    (Kawża C-515/18)

    (2018/C 436/22)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

    Konvenuta: Regione autonoma della Sardegna

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1) tat-23 ta’ Ottubru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga, lill-awtorità kompetenti li tkun sejra twettaq l-aġġudikazzjoni diretta tal-kuntratt, li tieħu l-passi neċessarji sabiex tippubblika jew tikkomunika lill-operaturi kollha potenzjalment interessati fil-ġestjoni tas-servizz l-informazzjoni neċessarja sabiex jippreżentaw offerta serja u raġjonevoli?

    2)

    L-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kompetenti, qabel ma tipproċedi bl-aġġudikazzjoni diretta tal-kuntratt, għandha tivvaluta b’mod komparattiv l-offerti kollha ta’ ġestjoni tas-servizz eventwalment riċevuti wara l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ informazzjoni minn qabel previst fl-imsemmi Artikolu 7(4)?


    (1)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU 2007, L 315, p. 1).


    Top